Ftit ġranet ilu l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iġġudikat lill-Grecja ħatja ta’ ksur tad-drittijiet ta’ żewġ cittadini tagħha li, minkejja li kellhom d-dritt jivvutaw fl-elezzjoni nazzjonali, ma ngħatawx l-opportunità li jeżercitaw dan id-dritt minn barra l-pajjiż.
Fit-Times tal-lum deheret ittra t’Arnold Cassola, ex-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika u kandidat tal-partit f’numru t’elezzjonijiet fl-imgħoddi, fuq dwar kif din l-aħbar, fl-opinjoni tiegħu, tirrelata mas-sitwazzjoni f’Malta:
Last week, the Maltese newspapers gave prominence to the European Court of Human Rights’ ruling that prohibiting nationals living abroad from exercising their right to vote at national elections constitutes a breach of their human rights.
A lot of fuss for nothing. In Malta we have known this since 2003.
In the Constitutional case instituted by me, with sentence given in March 2003, the presiding judge gave a clear definition of residence, which stated that “residence does not necessarily mean physical presence in a country, but could also be occasional presence”. Ergo, Maltese living abroad had a right to vote at national elections.
Fl-istess sentenza tal-2003 li jirreferi għaliha l-Prof. Cassola, il-Qorti Maltija tkompli tgħid:
Sta ghall-Qorti tiddeciedi, skond ic-cirkustanzi tal-każ partikolari, jekk l-assenza tal-persuna minn Malta kinitx daqshekk kontinwa u permanenti li twassal għall-konkluzzjoni li dik il-persuna qatgħet kull kuntatt ma’ u interess fil-pajjiż fejn trid tivvota.
Kien għalhekk li, fil-proposti tagħha għall-Konvenzjoni tal-Maltin ta’ Barra ta’ Marzu li għadda, l-assocjazzjoni kienet ipproponiet dan li ġej:
Li biex jiġu evitati ekwivoci u biex tiġi riflessa b’mod aktar car id-deciżjoni tal-Qorti tal-2003, jiġi specifikat fil-Kostituzzjoni li persuna residenti skont artiklu 57(c) tinkludi persuna propjetarja t’assi immobiljari f’Malta, axxendent jew dixxendent sa l-ewwel grad ta’ resident f’Malta, persuna impjiegata m’organizzazzjoni stabbilita b’trattat internazzjoni li tiegħu Malta ħija parti, persuna domiciljata f’Malta għal skopijiet fiskali u persuna li għandha l-attività ekonomika ewlenija tagħha f’Malta.
Aġġornament (20/03/2012): Din id-deciżjoni tal-Qorti ta’ Prim Istanza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem inbidlet fl-appell.