Fuq mistoqsija tal-assocjazzjoni, id-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali f’Malta kkonferma li issa jista’ iħallas pensjonijiet direttament f’kontijiet bankarji fis-Single Euro Payment Area (SEPA) għall-pensjonanti li joqgħodu f’dawn il-pajjiżi. Il-pajjiżi fis-SEPA huma l-pajjiżi tal-UE, l-Assocjazzjoni Ewropea ta’ Kummerc Ħieles (EFTA), Monaco u San Marino.
Persuni f’dawn il-pajjiżi li se jibdew jircievu pensjoni se jibdew mill-ewwel jircievu dan il-beneficcju fil-kont SEPA tagħhom. Għal dawk li kienu diġà jircievu pensjoni u joqgħodu f’pajjiż tas-SEPA, id-Dipartiment qiegħed f’perjodu tranżizzjonali biex, sal-aħħar tas-sena, ħlasijiet isiru direttament fil-kontijiet tagħhom minflok permezz tal-ambaxxati.