Illum kienet ippubblikata d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/637 dwar protezzjoni konsolari f’pajjiżi terzi. Din id-Direttiva, li ilha proposta sa mill-2011, tikkjarifika kif u meta cittadini tal-UE li jsibu rwieħhom f’diffikultà f’pajjiż barra mill-UE jistgħu ifittxu assistenza minn ambaxxati jew konsolati ta’ pajjiżi oħra tal-UE fil-post.
Stqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni Ewropea tispjega li meta tinqala’ sitwazzjoni bħal din ambaxxata jew konsolat ta’ Stat Membru tal-UE għandu joffri assistenza lil cittadini oħra tal-UE li jitolbuha daqslikieku kienu cittadini tiegħu. Id-Direttiva tikkjarifika wkoll kif din l-assistenza tiġi kkordinata bejn Stati Membri, it-trażmissjoni tad-dokument proviżorju għall-ivjaġġar skont id-Deciżjoni 96/409/CFSP u x’tip t’assitenza tingħata lil konjugi li m’humiex cittadini tal-UE. Id-Direttiva tipprevedi regoli specifici għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi f’pajjiżi terzi.
L-istatistika tagħmilha cara għala din id-Direttiva hija importanti. Fl-2015 huwa stmat li wieħed minn kull sitt Ewropej qed jippjana vaganza barra mill-UE u, ta’ kull sena, l-Ewropej jagħmlu mad-90 miljun vjaġġ barra mill-UE. Fl-istess waqt mat-30 miljun Ewropew joqgħodu barra mill-UE b’mod permanenti. Kważi 7 miljun Ewropew jivjaġġaw jew joqgħodu f’pajjiż fejn pajjiżhom mhux irrappreżentant b’ambaxxata jew b’konsolat, cifra li hi mistennija titla’ għal 10 miljuni fl-2020.
Il-Kummissjoni Ewropea għandha wkoll paġna fuq il-webb iddedikata għas-suġġett.
Pingback: Abbozz ta’ liġi dwar rappreżentanza konsolari f’pajjiżi terzi | Maltin fil-Belġju