Fuq mistoqsija tal-Onor. Clyde Puli, il-Ministru tal-Edukazzjoni Malti ta c-cifra ta’ 96 student cittadin Malti li jattendu l-Iskejjel Ewropej għas-sena akkademika 2017-18, żieda fuq it-80 tas-sena li għaddiet.
Għalkemm għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data ma setgetx tingħata informazzjoni skont is-sezzjoni lingwistika, mill-informazzjoni mogħtija joħroġ li hemm 44 fl-Iskola Brussell I, 10 f’Brussell II, 3 f’Brussell III, 4 f’Brussell IV, 1 fi Frankfurt, 19 f’Lussemburgu I, 13 f’Lussemburgu II u 2 f’Varese. It-tweġiba tat ukoll it-tqassim tan-numri skont is-sena u c-ciklu (nursery, primarja u sekondarja).
Pingback: Studenti Maltin fl-Iskejjel Ewropej 2020-21 | Maltin fil-Belġju