Bħal kull sena, qed naħdmu mal-Ambaxxata Maltija, niġbru donazzjonijiet sabiex issir għotja lill-Malta Community Chest Fund Foundation waqt L-Istrina f’isem il-komunitajiet Maltin tal-Belġju u l-Lussemburgu.
Minħabba c-cirkustanzi, dis-sena l-Ambaxxata mhux se torganizza attivitajiet tal-Milied u allura mhux se jkun hemm opportunità li jsir ġbir waqt dawn l-attivitajiet.
Għalhekk, inħeġġukom biex tagħmlu donazzjonijiet b’trasferiment bankarju lejn il-kont tal-assocjazzjoni b’dawn id-dettalji:
IBAN: BE46 0016 1715 8536
Messaġġ: Istrina
Min ikun jixtieq konferma jista’ jikkuntattjana bl-email (maltinfilbelgju@gmail.com) wara li jkun għamel it-trasferiment.
Nirringrazzjawkom bil-quddiem għall-ġenerożità tagħkom.