Qed issir sejħa lil min jipprattika xi artiġjanat Malti u li jixtieq ikun inkluż fir-Reġistru tal-Artiġjani u Intraprendituri. Dan ir-Reġistrju huwa miżmum mill-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Artiġjanat, Artiġjani u Intraprendituri tas-Snajja li xogħolu hu, fost l-oħrajn, li jagħmel kuntatt ma’ u jżomm kompendju ta’ Maltin li jgħixu barra u li jipprattikaw l-artiġjanat tradizzjonali Malti, sew bħala passatemp, sew għal skopijiet kummerċjali. Dan l-eżerċizzju qed isir bil-għan li jinżamm rekord ta’ dan l-artiġjanat u l-metodi ta’ produzzjoni biex iservu ta’ referenza għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Hemm il-ħsieb li l-informazzjoni tkun disponibbli fuq il-portal tal-artiġjanat. Fil-ġejjieni, dawn l-artiġjani jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw f’attivitajiet maħsuba biex jippromwovu xogħlijiet artiġjanali Maltin.
Minn hu interessat huwa mitlub jimla l-formola u jibgħatha fuq craftsregister@gov.mt.