Rapport Annwali 2010

1.    Organizzazzjoni

1.1.    Twaqqif

“Maltin fil-Belġju asbl” taf il-bidu tagħha lill-Konvenzjoni tal-Maltin li jgħixu barra li saret f’Malta f’Marzu 2010. Fuq l-inizjattiva tal-ambaxxatur Malti ta’ dak iż-żmien, l-E.T. Pierre-Clive Agius, grupp ta’ Maltin ltaqgħu bħala “Assocjazzjoni tal-Maltin fil-Belġju u l-Lussemburgu” f’Ottubru 2009 bl-iskop li l-veduti tal-komunitajiet Maltin f’dawn iż-żewġ pajjiżi jkunu ppreżentanti fil-Konvenzjoni. L-assocjazzjoni kienet imħabbra f’attività socjali organizzata mill-Ambaxxata Maltija u l-Malta Business Bureau (MBB) fit-12 ta’ Frar 2010.

Waħda mill-ewwel inizjattivi kien it-tfassil ta’ statut fejn, għal raġunijiet ta’ pratticità u korrettezza, ittieħdet id-deciżjoni li l-assocjazzjoni tkun tirrappreżenta lill-Maltin fil-Belġju. L-istatut kien iffirmat minn sitt membri fundaturi fis-26 ta’ Mejju 2010. Fuq deciżjoni tal-kumitat, ittieħdet id-deciżjoni li l-assocjazzjoni tiġi rreġistrata mat-Tribunal Kummercjali ta’ Brussell bħala association sans but lucratif (Nr. Ent. 0827.010.914). Din ir-reġistrazzjoni daħlet fis-seħħ fit-8 ta’ Lulju ta’ dik is-sena meta l-istatut kien ippubblikat fil-Moniteur Belge, il-gazzetta ufficjali tal-Gvern Federali Belġjan.

1.2.    Kunsill t’amministrazzjoni

Permezz tal-Istatut, twaqqaf l-ewwel Kunsill t’amministrazzjoni b’ħames persuni mis-sitt membri fundaturi. Dawn kienu Karsten Xuereb (President), Franklin Mamo (Segretarju Ġenerali), Marguerite Chetcuti, Natushka Mulvaney u Annabelle Shawish-Mifsud b’mandat sat-30 ta’ Ġunju 2012. Mill-pubblikazzjoni ufficjali tal-Istatut (Lulju), l-Kunsill iltaqa’ 3 darbiet matul l-2010 għalkemm laqgħat preparatorji kienu ilhom isiru mill-2009.

1.3.    Assemblea Ġenerali

L-ewwel Assemblea Ġenerali ssejħet fl-1 t’Ottubru bl-iskop uniku li tistabbilixxi miżata annwali ta’ sħubija ta’ €15. Din kienet l-unika Assemblea Ġenerali li ssejħet matul din is-sena.

1.4.    Sħubija, adeżjoni u patrunaġġ

Sal-aħħar tas-sena, l-assocjazzjoni kellha 36 membru (s-sitt membri fundaturi inklużi). Fit-2 ta’ Dicembru l-E.T. Agius inħatar patrun tal-assocjazzjoni għal perjodu li jdum fil-kariga t’ambaxxatur.

1.5.    Relazzjonijiet esterni

L-assocjazzjoni kienet waħda mill-organizzazzjonijiet membri fundaturi tal-Federazzjoni tal-Maltin ta’ Barra (FMLA). Is-Segretarju Ġenerali ippartecipa fl-ewwel kumitat tal-FMLA.

1.6.    Finanzi

Ftit wara r-reġistrazzjoni tal-assocjazzjoni infetaħ kont kurrenti ma’ bank Belġjan. Self ta’ €200 bla imgħax li  ngħata minn membru fundatur tħallas lura ftit wara u qabel ma għalqet is-sena finanzjarja biex b’hekk is-sena spiccat b’bilanc żgħir fil-finanzi. Aktar dettalji jinstabu fir-rendikont finanzjarju għall-2011.

2.    Politika u Komunikazzjoni

Waħda mill-ewwel affarijiet li għamlet l-assocjazzjoni kienet li fasslet dokument b’numru ta’ proposti biex ikunu kkunsidrati fil-Konvenzjoni ta’ Marzu. Dawn il-proposti kienu ppubblikati fid-dokument finali bid-diskorsi tal-partecipanti maħruġ mill-Ministeru Malti tal-Affarijiet Barranin. Wara l-Konvenzjoni, intbagħtu proposti specifici għall-Abbozz ta’ Politika Kulturali Nazzjonali u reazzjonijiet għad-diskorsi tal-Vici-Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Ministru tal-Edukazzjoni, Impjiegi u Familja liema diskorsi saru waqt l-istess Konvenzjoni.

Lejn tmien is-sena l-proposti oriġinali kienu aġġornati u miġbura f’“manifest” addottat mill-Kunsill f’Dicembru. Kienet żviluppati wkoll proposta specifika dwar id-dħul ta’ prokura fil-każ tan-notifikazzjoni tad-dokument tal-vot lill-eletturi fl-elezzjonijiet u r-referenda. Din il-proposta u proposta oħra dwar l-eżercizzju tad-dritt ta’ dawk jaħdmu mal-UE li jitrasferixxu l-valur tal-pensjoni Maltija għas-sistema tal-UE tqiesu bħala l-aktar prijoritarji u tqajjmu f’kull opportunità u laqgħa li kellha l-assocjazzjoni.

Matul is-sena l-assocjazzjoni varat sit web (maltin.be) u blogg (maltinfilbelgju.wordpress.com) biex titjieb il-komunikazzjoni mal-membri u ma’ dawk interessati.

Bl-appoġġ tal-Ambaxxata, fil-11 ta’ Novembru nħarġet stqarrija permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni ta’ Malta dwar l-attivitajiet tal-assocjazzjoni matul din is-sena.

3.    Attivitajiet

3.1.    Picnic tal-Imnarja (27 ta’ Ġunju)

L-ewwel attività tal-assocjazzjoni kienet picnic tal-Imnarja fil-Parc Cinquantenaire fi Brussell. L-attività kienet bla ħlas u aktar intiża biex iġġib in-nies flimkien u tinbena l-ewwel lista ta’ persuni interessati. Ittellgħu wkoll żewġ biljetti bl-ajru għal Malta ġentilment offruti mill-AirMalta.

3.2.    Kommemorazzjoni fi Ploegsteert (5 ta’ Novembru)

Flimkien mal-Ambaxxata, l-assocjazzjoni organizzat attività ta’ kommemorazzjoni fi Ploegsteert fejn hemm monument li jfakkar, fost l-oħrajn, lill-ewwel Malti maqtul fl-Ewwel Gwerra Dinija. Tqiegħdu kuruni tal-pepprin mill-Ambaxxatur u ufficjal tal-Armata Maltija u mis-Segretarju Ġenerali tal-assocjazzjoni waqt cerimonja ta’ kull xahar.

3.3.    Festin ta’ San Martin (14 ta’ Novembru)

L-MBB ġentilment offriet l-ufficji tagħha biex issir din l-attività li fiha tqassmu l-boroż ta’ San Martin u offriet il-possibbiltà li jibdew jiġu rreġistrati l-membri.

Franklin Mamo
Segretarju Ġenerali
9 ta’ Mejju 2012

Advertisements

One comment on “Rapport Annwali 2010

  1. Pingback: It-3 Assemblea Ġenerali tal-assocjazzjoni « Maltin fil-Belġju

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s