1. Organizzazzjoni
1.1. Kunsill t’Amministrazzjoni
Peress li l-mandat tal-Kunsill iwassal sal-2012 ma kienx hemm bżonn jinħatar Kunsill ġdid. Matul din is-sena rreżenja Karsten Xuereb minn President u Amministratur peress li kien se jirritorna Malta. Natushka Mulvaney inħatret President għall-bqija tal-mandat. Ma nħassitx il-ħtieġa li jimtela l-post vakanti t’amministratur.
Matul din is-sena l-Kunsill iltaqa’ 7 darbiet.
1.2. Assemblea Ġenerali
It-tieni Assemblea Ġenerali ltaqgħet fis-16 ta’ Mejju 2011. Fost l-oħrajn kienu addottati r-rendikont finanzjarju għall-2010 u l-estimi tal-2011.
1.3. Sħubija, adeżjoni u patrunaġġ
Sal-aħħar tas-sena n-numru ta’ membri effettivi kien ta’ 61 u n-numru t’aderenti kien ta’ 4. In vista tal-fatt li kien ufficjal u membru fundatur, Karsten Xuereb kien innominat membru emeritu.
1.4. Relazzjonijiet esterni
L-assocjazzjoni bdiet tagħmel kuntatti ma’ Europeans throughout the World aisbl (ETTW) li hija l-federazzjoni t’għaqdiet t’espatrijati Ewropej bbażata fi Brussell. Minbarra li torganizza u tikkordina l-ħidma u l-pożizzjonijiet tal-għaqdiet membri, l-ETTW hija wkoll “rappreżentant t’interess” irreġistrat mal-UE. L-assocjazzjoni kienet eventwalment accettata bħala aderent tal-ETTW.
F’Lulju l-assocjazzjoni issieħbet bħala partecipant fil-MEUSAC (Malta-EU Steering and Action Committee).
L-assocjazzjoni ħa tkun qed tippartecipa fil-kumitati dwar Affarijiet Ġenerali, Ġustizzja u Intern, Xogħol, Politika Socjali u Saħħa u Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport.
Is-Segretarju Ġenerali tal-assocjazzjoni reġa’ kienet elett fil-kumitat tal-Federazzjoni tal-Maltin li jgħixu barra (FMLA).
1.5. Finanzi
Mal-għeluq tas-sena finanzjarja kien hemm bilanc li kien inqas minn dak stmat minħabba li attività ppjanat f’Settembru ma saritx. Aktar dettalji jinstabu fir-rendikont finanzjarju għall-2011.
2. Politika u komunikazzjoni
L-assocjazzjoni kienet attiva biex tara li jsiru t-titjiriet issussidjati biex votanti li jkunu barra jkunu jistgħu jivvutaw, did-darba fil-każ tar-referendum tas-26 ta’ Mejju dwar id-divorzju. Fost l-oħrajn, l-assocjazzjoni argumentat li minħabba l-inizjattiva t’enhanced cooperation fil-qasam tas-separazzjoni u divorzji din il-kwistjoni hija wkoll t’interess dirett għall-Maltin li jkunu barra.
3. Attivitajiet
3.1. Fenkata (27 ta’ Frar)
Saret fenkata fir-ristorant tas-Cercle des Voyageurs fi Brussell.
3.2. Picnic tal-Imnarja (26 ta’ Ġunju)
Din l-attività ta’ kull sena did-darba saret fil-Parc de Woluwe fi Brussell.
3.3. Żjajjar lill-De Wit f’Mechelen (17 ta’ Settembru u l-1 t’Ottubru)
Saru żjajjar lill-Manifattura ta’ De Wit f’Mechelen waqt li kien hemm għar-restawr żewġ tapezzeriji mill-kollezzjoni tal-Konkatridral ta’ San Ġwann. Din daret darbtejn minħabba l-konkorrenza. Artiklu dwar iż-żjajjar deher ukoll fl-inflight magazine ta’ Novembru tal-AirMalta.
3.4. Festin ta’ San Martin (12 ta’ Novembru)
Bħas-sena ta’ qabel sar il-Festin ta’ San Martin f’Novembru bl-MBB terġa’ toffri l-post fejn saret l-attività.
3.5. Kommemorazzjoni fi Ploegsteert (2 ta’ Dicembru)
Saret cerimonja bħal tas-sena li għaddiet bi tqiegħid ta’ kuruni tal-pepprin mal-monument ta’ Ploegsteert mill-Ambaxxatur, ufficjal tal-Armata u s-Segretarju Ġenerali tal-assocjazzjoni.
Franklin Mamo
Segretarju Ġenerali
3 ta’ Mejju 2012
Pingback: It-3 Assemblea Ġenerali tal-assocjazzjoni « Maltin fil-Belġju