Rapport Annwali 2012

1.    Organizzazzjoni

1.1.    Kunsill t’Amministrazzjoni

Peress li l-mandat tal-Kunsill kellu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju 2012 saret sejħa fost il-membri għal kullmin hu interessat fir rwol t’amministratur. Dawk kollha li esprimew interess kienu proposti u approvati mill-Assemblea Ġenerali. L-amministraturi issa huma: Natushka Mulvaney (li reġgħet inħatret President għall-bqija tal-mandat), Franklin Mamo (Segretarju Ġenerali), Caroline Attard, Gordon Buhagiar, Louisiana Busuttil, Andrew Scicluna, Rita Muscat u Annabelle Shawish-Mifsud.

Matul din is-sena l-Kunsill iltaqa’ ħames darbiet.

1.2.    Assemblea Ġenerali

It-III Assemblea Ġenerali ltaqgħet fil-21 u 30 ta’ Mejju 2012. Fost l-oħrajn kienu approvati r-rendikont finanzjarju għall-2011, l-estimi tal-2012, ir-rapporti annwali 2010 u 2011, l-eżoneri għall-2010 u l-2011, amministraturi ġodda (ara sezzjoni 1.1) u emendi għall-istatut.

1.3.    Statut

Matul l-Assemblea Ġenerali l-istatut ġie emendat biex jiddefinixxi aħjar l-għanijiet u l-attivitajiet tal-assocjazzjoni (Art. 5), jobbliga li membru effettiv ikun cittadin Malti (Art. 7), jagħti d-dritt lill-Kunsill li jeskludi aderenti (Art. 9) u lill-Assemblea Ġenerali li tapprova rapporti annwali (Art. 15), jiżdied il-mandat t’amministraturi minn sentejn għal erba’ snin (Art. 23) u biex ma jkunx hemm bżonn ta’ quorum tal-Kunsill biex ikunu approvati membri ġodda (Art. 26). Dawn l-emendi daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju.

1.4.    Sħubija, adeżjoni u patrunaġġ

Sal-aħħar tas-sena n-numru ta’ membri effettivi kien ta’ 36 u n-numru t’aderenti kien ta’ 2. L-E.T. Vanessa Frazier accettat li sservi ta’ patrun tal-assocjazzjoni għal perjodu li sservi t’ambaxxatrici għall-Belġju. L-ex-patrun tal-assocjazzjoni, l-E.T. Pierre-Clive Agius kien innominat membru emeritu wara li ntemmet il-ħatra tiegħu bħala ambaxxatur fi Brussell.

1.5.    Relazzjonijiet esterni

L-assocjazzjoni kompliet tippartecipa f’Europeans throughout the World aisbl (ETTW). il-federazzjoni t’għaqdiet t’espatrijati Ewropej bbażata fi Brussell. F’April l-assocjazzjoni ppartecipat f’konferenza tal-ETTW f’Kopenħagen dwar ic-cittadinanza u d-dritt tal-vot.

1.6.    Finanzi

Is-sena għalqet b’bilanc ta’ €830. Għalkemm dan kien li kien inqas minn dak stmat fl-estimi dan hu dovut għal fatt li ma saritx attività fil-ħarifa u ħabba li nħass li l-prezz għall-membri għall-partecipazzjoni f’attivitajiet kellu jonqos. Aktar dettalji jinstabu fir-rendikont finanzjarju għall-2012.

2.    Politika u komunikazzjoni

L-assocjazzjoni ppartecipat f’numru ta’ konsultazzjonijiet fosthom dwar il-Programm Nazzjonali Malti ta’ Riforma, il-ġejjieni tal-pensjonijiet, l-abbozz ta’ Kodici Amministrattiv u d-dritt tal-vot ta’ cittadini Maltin fl-UE. L-assocjazzjoni ippartecipat ukoll fil-laqgħa t’informazzjoni dwar it-trasferiment tal-valur tal-pensjoni Maltija lejn il-pensjoni tal-UE.

3.    Attivitajiet

3.1.    Ikla Maltija (25 ta’ Marzu)

Saret ikla b’tema Maltija fir-ristorant Villa Bardon f’Gent.

3.2.    Picnic tal-Imnarja (1 ta’ Lulju)

Din l-attività ta’ kull sena saret fil-Parc Cinquantenaire fi Brussell u inkludiet ukoll żjara ggwidata mal-punti t’interess tal-park.

Franklin Mamo
Segretarju Ġenerali
27 ta’ Mejju 2013

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s