Rapport Annwali 2013

1.    Organizzazzjoni

1.1.    Kunsill t’Amministrazzjoni

Matul din is-sena irriżenjaw mill-Kunsill żewġ amministraturi (li waħda minnhom kienet ukoll President) minħabba li rritornaw lura Malta. Peress li n-numru ta’ membri fil-Kunsill baqa’ għola mill-minimu mitlub mill-Istatut, ma sarux ħatriet ġodda.

Matul din is-sena l-Kunsill iltaqa’ darbtejn.

1.2.    Assemblea Ġenerali

Ir-IV Assemblea Ġenerali ltaqgħet fis-27 ta’ Mejju 2013. Fost l-oħrajn kienu approvati r-rendikont finanzjarju, ir-rapport annwali u l-eżonera għall-2012 u l-estimi għall-2013.

1.3.    Sħubija, adeżjoni u patrunaġġ

Sal-aħħar tas-sena kien hemm 22 membru effettiv ġdid.

1.4.    Relazzjonijiet esterni

L-assocjazzjoni żammet ir-relazzjonijiet tagħha ma’ Europeans throughout the World u mal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta.

1.5.    Finanzi

Is-sena għalqet b’bilanc ta’ €863. Għalkemm dan jirrappreżenta żieda żgħira fuq is-sena li għaddiet, huwa inqas milli kien impassat fl-estimi finanzjarji. Dan kien minħabba l-fatt li nbeda l-proġett ta’ grupp pre-skolari bil-Malti (ara sezz. 3.4 ta’ dan ir-rapport) li ma kienx previst is-sena ta’ qabel u kellhom isiru ħlasijiet bil-quddiem għall-kiri tal-post. Kien hemm ukoll depożiti ta’ €105 li riedu jsiru li tniżżlu mal-assi tal-assocjazzjoni.

2.    Politika u komunikazzjoni

L-assocjazzjoni ippartecipat f’konsultazzjoni mill-awtoritajiet Maltin dwar il-proposta tal-UE għal Regolament dwar id-dokumenti pubblici. Il-veduti tal-assocjazzjoni ġew inklużi fil-pożizzjoni finali ta’ Malta dwar il-proposta.

L-assocjazzjoni bagħtet ukoll il-veduti tagħha fuq l-Abboz ta’ liġi dwar is-saħħa li ttieħdu in konsiderazzjoni fit-test finali tal-Att tal-2013 dwar is-Saħħa (Att XI tal-2013).

Ittra tas-Segretarju Ġenerali deheret fit-Times ta’ Malta dwar il-bżonn t’ambaxxata Maltija fi Brussell. Is-Segretarju kellu laqgħat ukoll ma’ Francis Zammit-Dimech u George Vella li kellhom il-kariga ta’ Ministru tal-Affarijiet Barranin matul dis-sena.

3.    Attivitajiet

3.1.    Ikla Maltija (17 ta’ Marzu)

Saret ikla b’tema Maltija fir-ristorant Tiago’s fi Brussell.

3.2.    Picnic tal-Imnarja (30 ta’ Ġunju)

Il-picnic ta’ dis-sena sar fil-Parc Cinquantenaire fi Brussell.

3.3. Bibita ta’ tislija (5 ta’ Lulju) u laqgħa mal-Ambaxxatur il-ġdid (15 ta’ Dicembru)

L-Ambaxxata organizzat bibita ta’ tislija fl-okkażjoni tat-tluq tal-Ambaxxatur, il-Konslu Ġenerali u l-President tal-assocjazzjoni. Is-Segretarju Ġenerali ippreżenta rigali ta’ tifkira f’isem l-assocjazzjoni. Il-Kunsill kellu laqgħa wkoll mal-Ambaxxatur il-ġdid li fiha sar ukoll skambju tal-awguri tal-festi.

3.4. Alive 2013 Cycling Challenge for Cancer (22 ta’ Lulju)

Flimkien mal-Ambaxxata l-assocjazzjoni ippartecipat fil-ġbir ta’ fondi għall-Alive 2013 Cycling Challenge for Cancer. Din l-attività kienet intiża biex jinġabru fondi għal ricerka fil-kancer tas-sider. Barra minnhekk, l-assocjazzjoni kienet rappreżentata fil-laqgħa li ngħataw it-38 partecipant f’Dar Malta fejn ġew ukoll ippreżentati bil-flus miġbura.

3.4. Grupp pre-skolari bil-Malti (23 u 30 ta’ Novembru)

Fuq talba ta’ xi ġenituri, beda jitlaqqa’ grupp ta’ tfal t’età pre-skolari (sentejn sa sitt snin) biex, immexxija minn għalliem, ikunu esposti għal-lingwa Malti permezz tal-logħob. Dan il-grupp beda jitlaqqa’ nhar ta’ Sibt fis-sala tal-Holy Trinity Church ta’ Brussell.

Franklin Mamo
Segretarju Ġenerali
13 ta’ Mejju 2014

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s