Rapport Annwali 2014

1. Organizzazzjoni

1.1. Kunsill t’Amministrazzjoni

It-tibdil fil-kompożizzjoni tal-Kunsill t’Amministrazzjoni kienu kkonfermati ufficjalment fil-Moniteur belge. It-tibdiliet inkludew ir-riżenja ta’ żewġ membri li rritornaw Malta u l-ħatra ta’ Franklin Mamo bħala l-President il-ġdid.

Matul din is-sena l-Kunsill iltaqa’ darbtejn.

1.2. Assemblea Ġenerali

Il-V Assemblea Ġenerali ltaqgħet fit-13 ta’ Mejju fejn kienu approvati r-rendikont finanzjarju, ir-rapport annwali u l-eżonera għall-2013 u l-estimi għall-2014. Kienu wkoll approvati numru t’emendi żgħar lill-Istatut.

1.3. Sħubija, adeżjoni u patrunaġġ

Sal-aħħar tas-sena kien hemm 13-il membru effettiv ġdid.

1.4. Relazzjonijiet esterni

L-assocjazzjoni żammet ir-relazzjonijiet tagħha ma’ Europeans throughout the World u mal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta.

Il-President kien preżenti meta r-rapport annwali 2013 tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra kien ippreżentat fil-Parlament. F’Ottubru l-President ħa sehem fil-laqgħa tal-Kunsill li saret f’Malta.

1.5. Finanzi

Is-sena għalqet b’bilanc ta’ €683. Dan kien primarjament dovut għall-fatt li l-proġett ta’ grupp pre-skolari bil-Malti (ara sezz. 3.4 ta’ dan ir-rapport) irriżulta f’telf.

2. Politika u komunikazzjoni

L-assocjazzjoni ippartecipat f’konsultazzjoni mill-awtoritajiet Maltin dwar il-proposta tal-UE għal Regolament dwar id-dokumenti pubblici. Il-veduti tal-assocjazzjoni ġew inklużi fil-pożizzjoni finali ta’ Malta dwar il-proposta.

Il-President ta intervista lill-gazzetta It-Torca dwar servizzi pubblici għall-Maltin ta’ barra.

3. Attivitajiet

3.1. Tqegħid ta’ kuruni mal-mafkar ta’ Ploegsteert

Tkompliet it-tradizzjoni li jitqiegħdu kuruni mill-assocjazzjoni u l-Ambaxxata mal-mafkar ta’ Ploegsteert fejn hemm ikkomemorat l-ewwel Malti vittma tal-Ewwel Gwerra Dinija. Minbarra l-partecipazzjoni fic-cerimonja ta’ Marzu, l-assocjazzjoni ħadet sehem fil-kommemorazzjoni f’Dicembru. Peress li din kienet is-sena centinarja, kienu mistiedna u attendew familjari tal-vittma.

3.2. Preżentazzjoni ta’ teżijiet (20 ta’ Mejju)

Kopji ta’ żewġ teżijiet — waħda fis-socjoloġija u l-oħra fl-istorja — relatati mal-Maltin fil-Belġju kienu ppreżentati lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.

3.3. Ġbir ta’ fondi għall-Istrina

L-assocjazzjoni tat l-appoġġ tagħha lill-Ambaxxata fil-ġbir ta’ donazzjonijiet għall-Community Chest Fund.

3.4. Grupp pre-skolari bil-Malti

Fuq talba ta’ xi ġenituri, beda jitlaqqa’ grupp ta’ tfal t’età pre-skolari (sentejn sa sitt snin) biex, immexxija minn għalliem, ikunu esposti għal-lingwa Malti permezz tal-logħob. Dan il-grupp beda jitlaqqa’ nhar ta’ Sibt fis-sala tal-Holy Trinity Church ta’ Brussell.

Franklin Mamo
President
3 ta’ Mejju 2015

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s