L-Ambaxxata Maltija għall-Belġju se torganizza lejla letterarja mal-awtur u poeta Immanuel Mifsud il-Ġimgħa, 3 ta’ Frar, mis-6 p.m. sas-7 p.m. f’Dar Malta (Rue Archimède 25, Brussell).
Mifsud huwa rebbieħ ta’ bosta premji nazzjonali u internazzjonali u x-xogħlijiet tiegħu ġew tradotti fi ħdax-il lingwa. Għandu dottorat fil-letteratura u jgħallem il-letteratura kontemporanja Maltija u t-teorija letterarja fl-Università ta’ Malta.
Min jixtieq jattendi huwa mitlub jikkuntattja l-Ambaxxata sas-26 ta’ Jannar.