Ir-rapport tal-2022 tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati ta’ Malta. Fost il-punti li issemmew kien hemm dik ta’ votazzjoni minn barra għall-elezzjoni Ewropea is-sena d-dieħla.
Avviżi oħrajn
Avviżi oħrajn apparti dawk mill-Ambaxxata Maltija għall-Belġju u l-assocjazzjoni
Qed issir sejħa lil min jipprattika xi artiġjanat Malti u li jixtieq ikun inkluż fir-Reġistru tal-Artiġjani u Intraprendituri. Dan ir-Reġistrju huwa miżmum mill-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Artiġjanat, Artiġjani u Intraprendituri tas-Snajja li xogħolu hu, fost l-oħrajn, li jagħmel kuntatt ma’ u jżomm kompendju ta’ Maltin li jgħixu barra u li jipprattikaw l-artiġjanat tradizzjonali Malti, sew bħala passatemp, sew għal skopijiet kummerċjali. Dan l-eżerċizzju qed isir bil-għan li jinżamm rekord ta’ dan l-artiġjanat u l-metodi ta’ produzzjoni biex iservu ta’ referenza għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Hemm il-ħsieb li l-informazzjoni tkun disponibbli fuq il-portal tal-artiġjanat. Fil-ġejjieni, dawn l-artiġjani jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw f’attivitajiet maħsuba biex jippromwovu xogħlijiet artiġjanali Maltin.
Minn hu interessat huwa mitlub jimla l-formola u jibgħatha fuq craftsregister@gov.mt.
Ilbieraħ fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati ta’ Malta tqiegħed ir-rapport tal-Kummissjoni Elettorali dwar l-organizzazzjoni tal-elezzjoni ġenerali ta’ dis-sena.
Mir-rapport joħroġ li ntefqu €1,930,997 f’sussidju għat-titjiriet biex eletturi jiġu minn barra minn Malta ħa jivvutaw. Dan meta l-ispejjeż l-oħra kollha (inklużi spejjeż straordinarji ħabba l-covid) ammontaw għal €6,634,850. Dan ifisser li s-sussidju huwa aktar minn 22% tal-ispejjeż t’elezzjoni.
Il-bicca l-kbira ta’ titjiriet sussidjati (53%) bdew minn Londra, bi Brussell fit-tieni post (23%).
Id-dramm They blew her up ta’ Herman Grech se jkun qed jittella’ f’KVS fi Brussell fl-4 u l-5 ta’ Mejju fit-8.30 p.m. Id-dramm huwa bbażat fuq l-assassinju ta’ Daphna Caruana Galizia fl-2017 u huwa produzzjoni ta’ Spazju Kreattiv.
Min mhux se jkun Malta nhar l-elezzjoni propja fis-26 ta’ Marzu jista’ jivvota kmieni, ġimgħa qabel, fid-19 ta’ Marzu. Biex jagħmel hekk dak li jkun ikun irid jieħu ġurament sa lejliet f’nofsinhar.
Minbarra fl-Ufficju Elettorali l-Belt dan il-ġurament se jkun jista’ jittieħed fl-ambaxxati fusthom dik f’Brussell.
Il-Gvern Malti ħabbar titjiriet issusidjati għall-Maltin ta’ barra għall-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu kif ukoll għal dawk li jixtiequ jivvutaw ġimgħa kmieni. Il-perjodu għall-booking jiftaħ nhar il-Ħamis u jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ħadd mit-8.00 a.m. sad-9.00 p.m.
Il-Ministeru Malti tal-Affarijiet Barranin u Ewropej qed jistieden liż-żgħażagħ Maltin ta’ barra biex jibgħatu l-veduti tagħhom permezz ta’ kwestjonarju in preparazzjoni tal-ewwel Forum Virtwali għaż-Żgħażagħ. Il-kwestjonarju jibqa’ miftuħ sal-Ġimgħa, 18 ta’ Ġunju f’nofsinhar.
Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali għadu kemm fetaħ konsultazzjoi pubblika dwar politika kulturali nazzjonali.
L-abbozz ta’ dokument jinkludi sezzjoni fuq id-diaspora Maltija u jipproponi żewġ miżuri: appoġġ kontinwu għat‑tagħlim tal‑lingwa Maltija u għat‑tagħlim tal‑aspetti kulturali li jikkostitwixxu markaturi bażiċi tal‑etos nazzjonali u appoġġ għall‑ħolqien konġunt ta’ proġetti artistiċi u kulturali li jgħaqqdu komunitajiet interġenerazzjonali ma’ Malta, il‑Maltin u r‑residenti ta’ Malta.
Il-konsultazzjoni hija miftuħa sas-16 t’April.
L-għotja li saret għall-Istrina ta’ dis-sena mill-Ambaxxata Maltija fi Brussell u l-komunitajiet Maltin tal-Belġju u l-Lussemburgu kienet ta’ € 1,000. Din is-somma inġabret bl-għajnuna, fost l-oħrajn, tal-assocjazzjoni.