Skont tweġiba għal mistoqsija parlamentari, in-numru ta’ studenti Maltin fl-Iskejjel Ewropej għas-sena skolastika li għaddiet kien ta’ 163 (żieda fuq snin imgħoddija). Dawn kienu mqassmin f’21 student fic-ciklu ta’ nursery/kindergarten fl-iskejjel ta’ Brussell u l-Lussemburgu, 79 fic-ciklu tal-Primarja fl-iskejjel ta’ Brussell, il-Lussemburgu, Frankfurt u Munich u 63 fic-ciklu tas-Sekondarja fl-iskejjel ta’ Brussell, Lussemburgu u Varese.
Oħrajn
Affarijiet oħra t’interess għall-komunità Maltija fil-Belġju
Fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari, l-Onor. Byron Camilleri, Ministru tal-Intern, ta cifri dwar in-numru ta’ passaporti Maltin ikkunsinjati f’ambaxxati u konsolati barra minn Malta bejn l-2016 u l-2020. In-numru ta’ passaporti ikkunsinjati mill-Ambaxxata Maltija fi Brussell żamm mat-tendenza tas-snin ta’ qabel: 101 fl-2016, 106 fl-2017, 119 fl-2018, 129 fl-2019 u 109 fl-2020.
Dan ukoll iqiegħed lill-Belġju immedjatament wara l-pajjiżi Anglofoni (ir-Renju Unit, l-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Kanada) fin-numru ta’ passaporti ikkonsenjati.
Fuq mistoqsija parlamentari tal-Onor. Carm Mifsud Bonnici, il-Ministru Malti tal-Affarijiet Barranin ta rendikont tal-ħidma tal-Ambaxxata Maltija fi Brussell mill-bidu tas-sena ‘l hawn.
Il-Europeans throughout the World (ETTW), il-federazzjoni tal-għaqdiet t’espatrijati Ewropej, għadha kemm ippubblikat sejħa sabiex fl-UE u ż-żona Schengen terġa’ tiġi stabbilita l-libertà tal-moviment ħieles ta’ persuni.
In-numru ta’ Maltin li jaħdmu mal-UE huwa ta’ 478, żieda l-aħħar cifra irrappurtata ta’ 278 fl-2017. Ma kienx indikat kemm minn dawn huma permanenti u kemm huma temporanji jew kemm minnhom jaħdmu mal-istituzzjonijiet u kemm mal-aġenziji.
Fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li hu infurmat li l-assoċjazzjonijiet Maltin attivi barra minn Malta m’għandhomx diffikultajiet biex jgħaddu informazzjoni mill-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta lill-membri rispettivi tagħhom.
Il-Ministru qal ukoll li, f’dan l-istadju, ma jħossx li għandu jikkonsidra għajnuna finanzjarja u loġistika lil dawn assoċjazzjonijiet biex jinfurmaw aħjar lill-membri. Dan għax fil-ħidma ippjanata tal-Kunsill hemm diġa’ maħsubin miżuri biex jindirizzaw xi lakuni li jista’ jkun hemm bl-użu aktar effiċjenti tal-informatika. Filfatt, il-Gvern qed jaħseb biex isaħħaħ l-infrastruttura diġitali tiegħu biex, fuq medda ta’ żmien, il-Maltin li jgħixu barra minn Malta jkollhom sit elettroniku ddedikat għalihom.
Fi tweġiba separata, l-Ministru qal li s-Segretarju tal-Kunsill reġa’ nħatar għal tlett snin.
Fuq mistoqsija parlamentari, il-Ministru tal-Ġustizzja Malti wieġeb li Malta ma tistax taccedi għall-Convention of 2 July 2019 on the Recognition and Enforcement of Foreign Judgments in Civil or Commercial Matters tal-Hague Conference on Private International Law. Dan ħabba li din il-Konvenzjoni hija f’settur li jaqa’ fil-kompetenza esklussiva tal-UE.
Wara d-diskussjoni fil-media (bil-partecipazzjoni, fost l-oħrajn, tal-Akkademja tal-Malti), il-Ministru Byron Camilleri ħabbar li Identity Malta u MITA qed jaħdmu biex ikun possibbli jintużaw diakritici Maltin (ċ, ġ, ħ u ż) fir-reġistrazzjoni u l-korrezzjoni t’ismijiet.
Il-Ministru ħabbar ukoll li se jiġi ppubblikat abbozz ta’ liġi biex korrezzjonijiet ikunu jistgħu jsiru b’semplici talba lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku u minflok b’rikors fil-Qorti.