Dwar

Maltin fil-Belġju asbl hija association sans but lucratif (assocjazzjoni mingħajr skop ta’ qliegħ) skont il-liġi Belġjana tal-21 ta’ Ġunju 1921 u li twaqqfet fl-2010 b’dawn l-għanijiet:

  • li tassigura l-kuntatt bejn il-Maltin fil-Belġju biex tgħinhom jaddattaw irwieħhom għall-ħajja Belġjana
  • li żżomm ir-rabtiet ma’ Malta u l-ħajja kulturali tagħha
  • li taħdem bħala grupp li jħares l-interessi tal-Maltin fil-Belġju fil-kuntest ta’ kull m’għandu x’jaqsam mal-Maltin residenti barra.

F’dan is-sit għandek ukoll issib aktar informazzjoni dwar l-organizzazzjoni, dettalji teknici (indirizz, email, numru ta’ reġistrazzjoni bħala intrapriża u kont bankarju), sħubija fl-assocjazzjoni u dwar dan il-blogg.

Aġġornata l-aħħar: 02/08/2014