Blogg

Dan il-blogg huwa intiż biex:

  • iservi ta’ mezz ta’ komunikazzjoni bejn il-membri tal-komunità Maltija fil-Belġju, partikolarment bejn il-Kunsill t’Amministrazzjoni u l-membri effettivi tal-assocjazzjoni
  • biex jippromwovi ‘l-assocjazzjoni lil hinn mill-isħubija tagħha
  • jissodisfa l-impenn tal-assocjazzjoni għal trasparenza f’dak li tagħmel.

Kontribuzzjonijiet, kemm bħala bloggati kemm bħala kummenti, jintlaqgħu u jiġu ppubblikati wara li jiġu mmoderati. L-assocjazzjoni tirriżerva d-dritt li teditja kontribuzzjoni kif jidrilha u anke li tirrifjuta li tippubblika kontribuzzjoni fl-intjier tagħha.

Kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu editjati jew mhux ippubblikati għal raġunijiet ta’ tul, stil, korrezzjonijiet (kemm ta’ kitba kif ukoll ta’ fatt), rilevanza għall-iskopijiet li għalihom l-assocjazzjoni hija mwaqqfa jew il-possibbiltà li jwasslu għal xi forma t’azzjoni legali (sew jekk jinvolvu l-assocjazzjoni, sew jekk le). Kummenti magħmulin iridu jkunu wkoll relevanti għall-bloggata ppubblikati li għaliha jkun sar il-kumment.

L-opinjonijiet espressi m’għandhomx jittieħdu bħala l-opinjoni jew pożizzjoni ufficjali tal-organizzazzjoni li timpjega lil kontributur jew l-editur.

Ħlief fejn tkun qed tiġi kkwotata xi ħaġa fil-lingwa oriġinali bl-Ingliż jew bil-Franciż jew f’każijiet eccezzjonali jiġu ppubblikati biss kontribuzzjonijiet bil-Malti.

Aġġornata l-aħħar: 14/07/2010