L-assocjazzjoni għandha l-istatut tagħha. Dan l-istatut kien iffirmat u saret applikazzjoni biex bih l-assocjazzjoni tkun rikonoxxuta bħala association sans but lucratif (assocjazzjoni mingħajr skop ta’ qliegħ) taħt il-liġi Belġjana dwal l-organizzazzjonijiet mhux għall-profitt. Din l-applikazzjoni kienet accettata u l-istatut kien ippubblikat ufficjalment fit-8 ta’ Lulju 2010. L-assocjazzjoni kienet irreġistrata bin-numru 0827.010.914.
L-istatut kien sussegwement emendat fl-2012, fl-2014 u fl-2016.
L-Istatut joħloq l-ufficju ta’ President u l-istrutturi tal-Assemblea Ġenerali u l-Kunsill t’Amministrazzjoni.
L-Assemblea Ġenerali
Tal-anqas darba f’sena, fl-ewwel nofs tas-sena, tiltaqa’ l-Assemblea Ġenerali li għaliha jiġu mistiedna l-membri effettivi tal-assocjazzjoni. Fost l-oħrajn, l-Assemblea Ġenerali għandha s-setgħa li tapprova l-estimi finanzjarji u l-kontijiet u r-rapport annwali, teleġġi u tneħħi l-amministraturi, tkecci membri, temenda l-istatut u tibdel in-natura ta’ jew ixxolji l-assocjazzjoni.
Il-Kunsill t’Amministrazzjoni
Il-Kunsill t’Amministrazzjoni huwa magħmul minn numru amministraturi li huma membri effettivi, eletti b’mandat ta’ erba’ snin mill-Assemblea Ġenerali. Il-Kunsill jmexxi l-assocjazzjoni bis-setgħat kollha li l-liġi u l-istatut ma jirriżervawx għall-Assemblea Ġenerali. Fost l-oħrajn, il-Kunsill jeleġġi minn fostu l-President tal-assocjazzjoni.
Bħalissa hu fis-seħħ il-mandat tat-tieni Kunsill t’Amministrazzjoni.
Il-President
Il-President hu r-rappreżentanti legali tal-assocjazzjoni, jippresjedi l-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali u l-Kunsill t’Amministrazzjoni u jieħu ħsieb it-tmexxija amministrattiva ta’ kuljum tal-assocjazzjoni. Il-Preisdent bħalissa Franklin Mamo.
Affiljazzjonijiet internazzjonali
L-assocjazzjoni hija membru tal-Europeans throughout the World aisbl (ETTW), federazzjoni t’organizzazzjonijiet t’espatrijati Ewropej.
Aġġornata l-aħħar: 13/07/2016.
Pingback: 1el Kunsill t’Amministrazzjoni u ufficjali « Maltin fil-Belġju
Pingback: Emendi għall-Istatut « Maltin fil-Belġju