Kategoriji oħra ta’ sħubija

Minbarra sħubija ordinarja jeżistu kategoriji oħra ta’ sħubija li wieħed ma japplikax għalihom imma li jsiru fuq stedina tal-Kunsill t’Amministrazzjoni. Dawn huma patrun tal-assocjazzjoni, affilié d’honneur u affilié émérite.

Patrun tal-assocjazzjoni

Persuna li tista’ u tkun tixtieq tagħti kontribut qawwi biex jintlaħqu l-iskopijiet tal-assocjazzjoni u li, s-soltu, jkollha rwol sinjifikanti u viżibbli, tinħatar patrun tal-assocjazzjoni. Ġeneralment, din tkun il-persuna li jkollha l-kariga ta’ ambaxxatur għall-Belġju.

Affilié d’honneur

Persuna li tista’ u tkun tixtieq tagħti kontribut qawwi biex jintlaħqu l-iskopijiet tal-assocjazzjoni tista’ tiġi nnominata bħala Affilié d’honneur mal-assocjazzjoni. Dawn is-soltu huma persuni li għandhom rwol importanti f’xi qasam — politiku, amministrattiv, kulturali, kummercjali — fil-Belġju mingħajr, però, m’huma necessarjament ta’ cittadinanza Belġjana.

Affilié émérite

Persuna li tkun taw kontribut sinjifikanti lill-assocjazzjoni jew għall-iskopijiet tagħha jistgħu jiġu nnominati bħala Affilié émérite.

Aġġornata l-aħħar: 05/12/2013.

One comment on “Kategoriji oħra ta’ sħubija

  1. Pingback: Ħatra tal-E.T. Pierre-Clive Agius bħala patrun tal-assocjazzjoni « Maltin fil-Belġju

Comments are closed.