Sħubija ordinarja

Hemm żewġ kategoriji ordinarji ta’ sħubija fl-assocjazzjoni li wieħed jista’ japplika għalihom. Dawn huma l-kategoriji ta’ membru effettiv u aderent.

Membri effettivi

Membri effettivi għandhom id-drittijiet kollha fosthom id-dritt li jattendu, jitkellmu u jivvutaw fl-Assemblea Ġenerali u jikkandidaw irwieħhom għal amministraturi fil-Kunsill t’Amministrazzjoni jew bħala President jew Segretarju Ġenerali tal-assocjazzjoni.

Biex ikun eliġibbli għal sħubija bħala membru effettiv wieħed irid ikun Malti ta’ tmintax-il sena jew aktar u jkun joqgħod il-Belġju. Il-miżata annwali ta’ sħubija għall-membri effettivi hija ta’ € 15.

L-applikazzjoni biex wieħed issir membru effettiv tista’ titniżżel bħala verżjoni MS Word jew PDF. Din l-applikazzjoni għandha timtela, tiġi stampata u ffirmata mill-applikant. Imbagħad tista’ jew tingħata ‘l persuna inkarigata waqt attività tal-assocazzjoni jew tiġi skanjata u mibgħuta bl-email fejn d-dettalji ta’ kif titħallas jintbagħtu aktar tard. Il-formola tippermetti wkoll il-ħolqien t’ordni ta’ domiciljazzjoni (standing order) ma’ bank Belġjan.

Aderenti

Għal dawk li jixtiequ jappoġġaw l-assocjazzjoni mingħajr ma joqgħdu l-Belġju jew mingħajr m’huma Maltin jistgħu jissieħbu bħala “aderenti”. Biex tkun eliġibbli għal aderent biżżejjed tkun ta’ tmintax-il sena jew aktar. Il-miżata annwali ta’ sħubija għall-aderenti hija ta’ € 15.

L-applikazzjoni biex wieħed issir aderent tinstab hawn. Din l-applikazzjoni għandha timtela, tiġi stampata u ffirmata mill-applikant. Imbagħad tista’ jew tingħata, flimkien mal-miżata tas-sħubija, ‘l persuna inkarigata waqt attività tal-assocazzjoni jew tiġi skanjata u mibgħuta bl-email fejn d-dettalji ta’ kif titħallas jintbagħtu aktar tard.

Aġġornata l-aħħar: 9/11/2018.