Il-Kummissjoni Ewropea għadha kemm ippubblikat ir-raba’ rapport dwar ic-cittadinanza Ewropea (l-aħħar wieħed kien dak tal-2017). Ir-rapport ta’ dis-sena jipproponi t-tisħiħ ta’ partecipazzjoni demokratika (fost l-oħrajn, b’regoli dwar il-votanti mobbli), iffacilitar tal-moviment ħieles, il-ħarsien u l-promozzjoni tac-cittadinanza Ewropea u l-ħarsien ta’ cittadini Ewropej fi żmien ta’ kriżi.
Cittadinanza
All posts tagged Cittadinanza
Fuq mistoqsija Parlamentari, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela ta rendikont tal-ħidma tal-Ambaxxata Maltija fi Brussell matul l-ewwel erba’ xhur ta’ dis-sena.
Minbarra l-ħidma bilaterali fuq l-oqsma kummercjali u kulturali, l-ambaxxata kienet attiva wkoll fil-qasam konsolari. Filfatt, matul dan il-perjodu, kien hemm:
- 12-il reġistrazzjoni tat-twelid
- żewġ reġistrazzjonijiet taż-żwieġ jew divorzju
- tliet applikazzjoni għac-cittadinanza
- tliet prokuri
- 36 dikjarazzjoni bil-ġurament (relatati mal-votazzjoni kmieni għall-elezzjonijiet Europej u lokali)
- 71 applikazzjoni għal passaport, erba’ dokumenti ta’ vjaġġar t’emerġenza
- erba’ passaporti diplomatiċi
- 13-il talba għal informazzjoni dwar rekwiżiti għal viża għal Malta.
F’Malta u f’17-il stat membru ieħor tal-UE daħlu fis-seħħ żewġ Regolamenti ġodda tal-UE dwar kunflitti fil-liġijiet li jistgħu jinqalgħu wara divorzju jew mewt fil-każ ta’ koppji internazzjonali.
Peress li ma kienx possibbli li jintlaħaq kunsens bejn l-Istati Membri kollha tal-UE, intużat dik li tissejjah procedura ta’ kooperazzjoni msaħħa biex intlaħaq ftehim li jorbot it-18-il pajjiż li wrew interess.
Ir-Regolamenti ġodda joffru klarità legali billi jistabbilixxu liema qorti nazzjonali hija kompetenti biex tisma’ dawn il-każijiet. Tgħin ukoll lil koppji internazzjonali ikunu jafu liema liġi nazzjonali tapplika għall-propjetà tagħhom u tiżgura li sentenzi ikunu rikonoxxuti u infurzati f’pajjiżi oħra tal-UE.
Fit-2 t’Ottubru l-Parlament Ewropew iddiskuta t-tneħħija tad-dritt tal-vot ta’ cittadini Ewropej li jżercitaw id-dritt ta’ moviment ħieles fl-UE.
Cecilia Wikström (ALDE, Żvezja), President tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet, ifformulat il-mistoqsija u fetħet id-dibattitu. Hi semmiet li hemm sitt stati membri tal-UE (fosthom Malta) li jcaħħdu lic-cittadini tagħhom milli jivvotaw fl-elezzjonijiet nazzjonali a bażi ta’ residenza. Hi qalet li l-kumitat tagħha jircievi bosta petizzjonijiet f’dan ir-rigward.
Juliane Bogner-Strauss, għall-Presidenza Awstrijaka, ukoll ippartecipat u rreferiet fost l-oħrajn għar-riforma tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew. Il-Kummissarju Věra Jourová qalet li, filwaqt il-Kummissjoni tirrikonoxxi li din materja ta’ kompetenza nazzjonali, żammet is-sitwazzjoni taħt osservazzjoni.
Fuq mistoqsija tal-Onor. Karol Aquilina, il-Prim Ministru qal li mhux magħruf kemm hemm Maltin li għandhom cittadinanza oħra. Mill-10 ta’ Frar 2000 Malta bdiet taccetta ic-cittadinanza doppja u dawk il-Maltin li għażlu li jsiru cittadini ta’ pajjiżi oħra ma baqgħux obbligati li jinfurmaw lill-awtoritajiet Maltin b’dan. Minħabba f’hekk ma baqax possibli li jinżammu figuri.
Il-Gvern għadu kemm ippubblika abbozz ta’ liġi għal Att biex jipprovdi protezzjoni konsulari lil cittadini mhux rappreżentati (i.e. cittadini tal-UE li jkollhom bżonn l-għajnuna f’pajjiż fejn ma jkunx hemm ambaxxata jew konsolat ta’ pajjiżhom). Il-liġi se tkun qed titrasponi fil-liġi Maltija d-Direttiva tal-UE 2015/637 li, mill-banda tagħha, tagħti effett lill-Art. 20(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE. L-Istati Membri tal-UE għandhom sal-1 ta’ Mejju biex idaħħlu did-Direttiva fil-liġi domestika tagħhom.
F’artiklu li deher fit-Times ta’ Malta, Maurice Cauchi u Edwin Borg-Manché, ex-President u Vici-President rispettivament Kunsill tal-Komunità Maltija tal-Istat tal-Victoria fl-Awstralja, jiddiskutu c-cittadinanza doppja u l-eliġibilità għal elezzjoni fil-Parlament Awstraljan u dak Malti. Continue Reading
Il-Kummissjoni Ewropea għadha kemm ħarġet it-tielet rapport tagħha dwar ic-cittadinanza Ewropea (wara dawk tal-2010 u l-2013). Ir-rapport jieħu kont kemm ta’ konsultazzjoni pubblika kif ukoll tax-xogħol tal-Kummissjoni f’dan il-qasam bejn l-2013 u l-2016. Continue Reading
Ilbieraħ fil-Kunsill tal-UE (Ġustizzja u Intern) intlaħaq ftehim bejn 18-il stat membru (fosthom Malta) dwar l-approcc ġenetali dwar żewġ Regolamenti dwar il-liġi applikabbli fil-każ ta’ propjetà ta’ koppji transfruntalieri (i.e. koppji ta’ cittadinanza differenti tal-UE jew sidien ta’ proprjetà fi stat membru ieħor).
Il-Kummissjoni Ewropea kienet wegħdet li tippreżenta proposti li jindirizzaw il-problemi ta’ dawn il-koppji fir-rapport dwar ic-cittadinanza Ewropea tal-2010. Dawn il-proposti kienu ppreżentati s-sena ta’ wara. F’Dicembru tas-sena li għaddiet il-Kunsill ikkonkluda li ma kienx ser ikun possibbli li, f’perjodu raġonevoli, jintlaħaq qbil unanimu fuq il-proposti. Kien għalhekk li, fil-laqgħa ta’ lbieraħ, sar qbil li tiġi applikata l-procedura ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn it-18-il pajjiż li wrew interess.
Issa jmiss lill-Parlament Ewropew jagħti l-opinjoni tiegħi dwar dawn it-testi matul dan ix-xahar. Ir-Regolamenti jiġu addottati mit-18 l-istat membru fi tmiem dan ix-xahar.
Aġġornament (08/07/2016): Ir-Regolamenti ġew ippubblikati bħala Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2016/1103 (propjetà matrimonjali) u 2016/1104 (patrimonji) tal-24 ta’ Ġunju 2016.
Il-Kunsill tan-Nutara tal-UE se jorganizza laqgħa t’informazzjoni dwar ir-Regolament il-ġdid tas-successjoni li issa sar ukoll parti mil-liġi Maltija. Il-laqgħa se ssir il-Ħamis, 19 ta’ Novembru, fil-Bibliothèque Solvay (Parc Léopold, Rue Belliard 137, Brussell) bejn is-6 p.m. u d-9.30 p.m.
Peress li n-numru ta’ postijiet huwa limitat, r-reġistrazzjoni għandha ssir minn qabel mis-sit tal-Kunsill.