Il-Europeans throughout the World (ETTW), il-federazzjoni tal-għaqdiet t’espatrijati Ewropej, għadha kemm ippubblikat sejħa sabiex fl-UE u ż-żona Schengen terġa’ tiġi stabbilita l-libertà tal-moviment ħieles ta’ persuni.
Diaspori Ewropej
All posts tagged Diaspori Ewropej
Il-Presidenza Rumena tal-Kunsill tal-UE organizzat laqgħa ministerjali informali fuq il-politika tad-diaspora. It-temi ewlenin kienu l-politika tad-diaspora, skambju ta’ prattici tajba u koeżjoni akbar bejn il-pajjiżi li għandhom numru kbir ta’ cittadini joqgħodu barra. Id-diskussjoni emfasizzat ir-rabta essenzjali li hemm bejn l-UE, id-diaspori u l-pajjiżi t’oriġini.
Id-delegati irringrazzjaw lill-Presidenza li qiegħdet dan is-suġġett fuq l-aġenda Ewropea. Huma esprimew it-tama li d-diskussjonijiet jibqgħu għaddejjin f’Presidenzi fil-ġejjieni.
Fl-1 ta’ Mejju daħlet fis-seħħ id-Direttiva dwar il-Protezzjoni Konsolari. Permezz tagħha, cittadin Malti jista’ jitlob protezzjoni konsolari f’konsolat ta’ kwalunkwe pajjiż tal-UE meta jkun barra l-UE. Issa jmiss li din tiġi ikkumplimentata b’aġġornament tad-Direttiva dwar dokument proviżorju tal-ivvjaġġar (bħal passaport t’emerġenza).
Il-Gvern Malti għadu kemm ħa pożizzjoni favorevoli għall-proposta tal-Kummissjoni f’dan is-sens u li ttejjeb is-sigurtà tad-dokument. Huwa intiż li d-dokument ikun disponibbli wkoll fil-missjonijiet Maltin barra minn Malta.
Il-Kummissjoni Ewropea għadha kif varat konsultazzjoni dwar ic-cittadinanza Ewropea li għandha twassal għar-rapport li jmiss dwar is-suġġett.
Il-mistoqsijiet ikopru l-valuri komuni u ideat biex tiġi iffacilitata il-partecipazzjoni demokratika ir-residenza barra l-pajjiż t’oriġini, mobilità tal-ħiliet u t-tagħlim trans-frontalier.
Il-konsultazzjoni, li hija indirizza kemm lil cittadini individwali kif ukoll organizzazzjonijiet, hija miftuħa sas-7 ta’ Dicembru.
Il-Konferenza “Mobility, Migration, Diaspora Conference” li sarent fl-11 sat-12 ta’ Mejju f’Riga, il-Latvija, addottat rakkomandazzjonijiet għall-awtoritajiet Ewropej ikkoncernati. Ir-rakkomandazzjonijiet huma dawn: Continue Reading
Wara l-konferenza dwar il-moviment ħieles li kienet saret Jannar li għadda, il-Presidenza Latvjana tal-UE, ser torganizza konferenza ta’ livell għoli “Mobility, Migration, Diaspora Conference” (CONDIA) mill-11 sat-12 ta’ Mejju fil-Librerija Nazzjonali f’Riga.
L-iskop tal-konferenza hu li teżamina l-effetti makro-ekonomici u fiskali tal-migrazzjoni interna tax-xogħol fl-UE sa mill-2004. Hi l-ambizzjoni tal-konferenza li tistabbilixxi numru ta’ rakkomandazzjonijiet biex is-suq intern tax-xogħol jiġi integrat u jaħdem aħjar u jimmassimizza l-kontribut ta’ komunitajiet diasporici. Continue Reading
Illum kienet ippubblikata d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/637 dwar protezzjoni konsolari f’pajjiżi terzi. Din id-Direttiva, li ilha proposta sa mill-2011, tikkjarifika kif u meta cittadini tal-UE li jsibu rwieħhom f’diffikultà f’pajjiż barra mill-UE jistgħu ifittxu assistenza minn ambaxxati jew konsolati ta’ pajjiżi oħra tal-UE fil-post. Continue Reading
L-assocjazzjoni ftit ilu wieġbet kwestjonarju tal-Kunsill tal-Ewropa dwar ir-rwol ta’ networks edukattivi u kulturali ta’ komunitajiet ta’ barra. Minbarra dettalji dwar l-assocjazzjoni u l-attivitajiet tagħha, fit-tweġibiet saret sejħa biex il-Kunsill jinvolvi ruħu iżjed f’affarijiet tad-diaspora specjalment għal dawk l-Ewropej li joqgħodu barra minn pajjiżhom imma mhux fl-UE li jiffaccaw diffikultajiet billi l-livell ta’ kooperazzjoni bejn il-pajjiżi huwa inqas. Għandu wkoll isir użu aktar t’għodda bħal konvenzjonijiet u ftehim internazzjonali biex titjieb il-kooperazzjoni, mir-rikonoxximent tal-istatus ta’ “mhux għall-profitt” sa kwistjonijiet dwar liġi privata internazzjonali.
Il-Presidenza Latvjana tal-UE, il-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew u l-Europeans throughout the World (ETTW) ħarġu stqarrija għall-istampa dwar il-konferenza li saret nhar it-Tlieta dwar il-moviment ħieles tal-persuni fl-UE. Il-konferenza, “Basic European Right to Free Movement Under Threat“, kienet indirizzata minn Zanda Kalniņa-Lukaševica (Segretarju tal-Istat Parlamentari Latvjan għall-affarijiet tal-UE), Andris Gobiņš (membru tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew) u Niels Jørgen Thøgersen (President tal-ETTW). Continue Reading
Nhar it-Tlieta li għadda, il-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew iddiskuta petizzjoni imressqa dwar “iċ-ċaħda tad-drittijiet tal-vot taċ-ċittadini tal-UE li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment ħieles u d-diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali” (id-diskussjoni dwar il-petizzjoni in kwistjoni tibda f’11:12:28).
Il-kelliem għall-Kummissjoni Ewropea semma kif il-Kummissjoni, wara li rceviet numru sostanzjali t’ilmenti minn cittadini li ġew imcaħħda dan id-dritt, kienet għamlet Rakkomandazzjoni u Komunikazzjoni dwar is-suġġett indirizzati primarjament lejn il-ħames Stati Membri li jirrestrinġu dan id-dritt fuq medda ta’ żmien, fosthom Malta. Continue Reading