Skont tweġiba għal mistoqsija parlamentari, in-numru ta’ studenti Maltin fl-Iskejjel Ewropej għas-sena skolastika li għaddiet kien ta’ 163 (żieda fuq snin imgħoddija). Dawn kienu mqassmin f’21 student fic-ciklu ta’ nursery/kindergarten fl-iskejjel ta’ Brussell u l-Lussemburgu, 79 fic-ciklu tal-Primarja fl-iskejjel ta’ Brussell, il-Lussemburgu, Frankfurt u Munich u 63 fic-ciklu tas-Sekondarja fl-iskejjel ta’ Brussell, Lussemburgu u Varese.
Edukazzjoni u Ricerka
All posts tagged Edukazzjoni u Ricerka
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-roadmap li kien qabel fuqha il-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta fil-laqgħa t’Ottubru 2017. Il-proposti huma miġburin taħt numru ta’ kapitli: Akkademici, Studenti u Ricerkaturi, il-Familja, Pensjonanti u Anzjani, Żgħażagħ u l-Gvern ta’ Malta.
Fuq mistoqsija tal-Onor. Clyde Puli, il-Ministru tal-Edukazzjoni Malti ta c-cifra ta’ 96 student cittadin Malti li jattendu l-Iskejjel Ewropej għas-sena akkademika 2017-18, żieda fuq it-80 tas-sena li għaddiet.
Għalkemm għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data ma setgetx tingħata informazzjoni skont is-sezzjoni lingwistika, mill-informazzjoni mogħtija joħroġ li hemm 44 fl-Iskola Brussell I, 10 f’Brussell II, 3 f’Brussell III, 4 f’Brussell IV, 1 fi Frankfurt, 19 f’Lussemburgu I, 13 f’Lussemburgu II u 2 f’Varese. It-tweġiba tat ukoll it-tqassim tan-numri skont is-sena u c-ciklu (nursery, primarja u sekondarja).
Il-Ħamis li għadda l-E.T. Ray Azzopardi, ambaxxatur għall-Belġju, għamel preżentazzjoni dwar Malta lis-Cercle Internationale Diplomatique et Consulaire (CIDIC). L-Ambaxxatur Azzopardi huwa wkoll President Onorarju tac-Cirkolu għas-sitt xhur li Malta jkollha l-Presidenza tal-UE. Continue Reading
L-Onor. George Pullicino staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni dwar in-numru ta’ studenti Maltin li jattendu l-Iskejjel Ewropej. Il-Ministru Bartolo ta c-cifra ta’ 80 student imqassmin kif ġej: 47 fl-Iskola Brussell I, 5 f’Brussell II, 2 f’Brussell III u IV kull waħda u 12 f’kull waħda miż-żewġt iskejjel li hemm il-Lussemburgu.
It-tweġiba tat ukoll it-tqassim tan-numri skont is-sena u c-ciklu (nursery, primarja u sekondarja).
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, bi sħab mal-Ambaxxata Maltija, għamlu stedina lill-ġenituri tat-tfal Maltin li qegħdin jieħdu l-edukazzjoni tagħhom fl-Iskejjel Ewropej jew skejjel oħra fil-Belġju għal laqgħa ta’ diskussjoni. Din se ssir f’Dar Malta, il-Ġimgħa 4 ta’ Dicembru fil-5.30 p.m.
Min jixtieq jattendi hu mitlub jinformal lil ambaxxata fuq events.brussels@gov.mt.
Min jixtieq li fil-laqgħa jkun diskuss xi suġġett partikolari jista’ jibgħat ittra elettronika lis-Sur David Muscat.
Il-Kummissjoni Ewropea għadha kif varat konsultazzjoni dwar ic-cittadinanza Ewropea li għandha twassal għar-rapport li jmiss dwar is-suġġett.
Il-mistoqsijiet ikopru l-valuri komuni u ideat biex tiġi iffacilitata il-partecipazzjoni demokratika ir-residenza barra l-pajjiż t’oriġini, mobilità tal-ħiliet u t-tagħlim trans-frontalier.
Il-konsultazzjoni, li hija indirizza kemm lil cittadini individwali kif ukoll organizzazzjonijiet, hija miftuħa sas-7 ta’ Dicembru.
Grupp ta’ studenti Maltin żaru Dar Malta fi Brussell bħala parti minn żjara ta’ familjarizzazzjoni mal-istituzzjonijiet Ewropej. Forst l-oħrajn, l-istudenti ltaqgħu mal-E.T. Ray Azzopardi, ambaxxatur ta’ Malta għall-Belġju, u s-Sur Stefan Muscat, Konslu Ġenerali, li spjega lill-istudenti x-xogħol li jsir mill-istess ambaxxata u s-servizz offruti lill-komunità Maltija fil-Belġju.
L-ambaxxatur ta’ Malta għall-Belġju, l-E.T. Ray Azzopardi, żar il-MILSET Expo-Sciences International li għandha l-għan li tippromwovi proġetti xjentifici ta’ tfal u żgħażagħ minn madwar id-dinja. Minn Malta ħadu sehem tlett studenti mill-Kulleġġ Santu Wistin: Jake Bezzina, Robert Bugeja u Neil Portelli.
Bħal ma għamlet sentejn ilu, l-Alive 2015 Cycling Challenge for Cancer għaddiet mill-Belġju, did-darba minn Ostende. Fost dawk li kien hemm jilqgħu c-ciklisti Maltin kien hemm l-Ambaxxatur Malti għal Belġju Ray Azzopardi u l-MPE Therese Comodini Cachia.