Il-Ħamis li għadda l-E.T. Ray Azzopardi, ambaxxatur għall-Belġju, għamel preżentazzjoni dwar Malta lis-Cercle Internationale Diplomatique et Consulaire (CIDIC). L-Ambaxxatur Azzopardi huwa wkoll President Onorarju tac-Cirkolu għas-sitt xhur li Malta jkollha l-Presidenza tal-UE. Continue Reading
Ekonomija u Kummerc
All posts tagged Ekonomija u Kummerc
Il-kumpannija Simonds-Farsons-Cisk plc rebħet premji tad-deheb u fidda għal birer tagħha fil-kompetizzjoni annwali Belgium Beer Challenge. Il-birer ippremjati huma l-Farsons Double Red Strong Ale u l-Farsons Blue Label Original Amber Ale li l-kumpannija varat is-sena li għaddiet bħala parti mis-serje Farsons Classic Brews.
Il-premju għall-aħjar birra intrebaħ minn birra Belġjana, l-Oude Geuze Cuvée René, għalkemm, għat-tieni sena konsekuttiva, l-Istati Uniti rebħet aktar premjijiet mill-Belġju.
Il-kumpanija Malti Corinthia Hotels ħabbret li akkwistat il-lukanda Astoria f’Rue Royale, Brussell. Din il-lukanda storika kienet inbniet fl-1909 fuq talba ta’ Leopoldu II, Re tal-Belġjani, u bħala lukanda ta’ lussu laqgħet fiha numru ta’ mistiedna distinti fosthom Sir Winston Churchill u Dwight Eisenhower. Il-lukanda ilha vojta għal dawn l-aħħar għaxar snin.
Wara x-xogħol ta’ restawr il-Corintha Grand Hotel Astoria se tkun tikkonsisti f’121 kamra għall-mistednin u numru ta’ facilitajiet oħra.
Fuq mistoqsija parlamentari tal-Onor. Claudio Grech, l-Onor. Chris Cardona, Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta’ servizzi tal-e-Government li huma fully transaction-based. Il-lista hija maqsuma f’żewġ kategoriji: is-servizzi żviluppati bl-e-Forms u s-servizzi żviluppati b’sistemi oħrajn.
Bħal snin imgħoddija, stqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni ta’ Malta elenkat il-ħidma tal-Ambaxxata Maltija fil-Belġju.
Minbarra li tkompliet il-ħidma biex tippromwovi lil Malta bħala centru tat-tagħlim tal-Ingliż, issemmew ukoll l-appoġġ li ngħata lill-Bank of Valletta biex jiftaħ ufficcju fi Brussell u lill-Istitut ta’ Nursing ta’ La Louvière biex issir serata in vista ta’ żjara ta’ studenti ta’ dan l-istitut f’Malta, il-kommemorazzjoni tal-festa ta’ San Pawl u l-ħatra t’ambaxxatrici l-ġdida għall-Belġju.
In konnessjoni mal-kandidatura ta’ Liège bħala l-belt ospitanti tal-Expo Internazzjonali tal-2017, se jkun organizzat Forum taż-Żgħażagħ bejn it-18 u t-22 ta’ Settembru. L-Ambaxxata Maltija għall-Belġju intalbet tinnomina żagħżugħ Malti (bejn it-18 u t-30 sena) residenti fil-Belġju biex tippartecipa. Spejjeż ta’ trasport u akkomodazzjoni jitħallsu mill-organizzaturi.
Min hu interessat għandu jibgħat l-isem, data tat-twelid, numru tal-karta tal-identità Maltija u ittra ta’ motivazzjoni fl-indirizz email maltaembassy.brussels@gov.mt sal-15 ta’ Ġunju.
Bħalissa hemm miftuħa konsultazzjoni tal-UE dwar kontijiet bankarji, partikolarment dwar it-trasparenza u l-komparabilità tat-tariffi ta’ kontijiet bankarji, bidla ta’ fornituri u access għal kont tal-pagament bażiku. Il-konsultazzjoni hija miftuħa sal-aħħar ta’ Ġunju.
Sa nofs April il-Gvern Malti jrid jissottometti lill-Kummissjoni Ewropea Programm Nazzjonali ta’ Riforma, it-tieni wieħed minn meta kienet varata l-istrateġija “Ewropa 2020“. Għalhekk kien iccirkolat l-abbozz ta’ dan il-Programm bħala dokument ta’ konsultazzjoni.
L-assocjazzjoni bagħtet it-tweġibiet tagħha għat-tlett mistoqsijiet f’din il-konsultazzjoni:
Q1.: Do you have any comments on the proposed measures?
A.: As Maltese expatriates who still make use of Maltese public services, we particularly welcome the Next Generation e-Government framework (sec. 3.1.7) with the possibility of accessing services anywhere in the EU. Additional points on this initiative:
(a) we believe that this initiative should not only be limited to “passive” information services but should also include services offered against payment (i.e. payment would be made online though credit card or SEPA bank transfer).
(b) the service need not be limited to the EU, it should also include, at least, EEA/Switzerland to cover the entire single market and the Single Europea Payment Area (SEPA).
(c) there should be some form of control to actively verify the accuracy of information given by Government websites since, sometimes, these are not regularly updated and may feature information which is incorrect.
(d) the option should also be offered so that payments made by the Government (e.g. tax arrears, pensions, etc.) can be made to any SEPA bank account instead of by cheque which causes a number of practical difficulties to Maltese living abroad.
Q2.: Is there any particular measure that you would like to see featured? How does this measure contribute to the achievement of the NRP targets and objectives?
A.: Serious consideration should be given to the abolishion of cheques as has already happened in most EU and SEPA countries with payments for public or commercial services being made through bank transfer. This measure would contribute to the NRP objective of fostering competitiveness. In 2004 it was claimed that the processing of a cheque cost no less than €2.50 involving 14 manual and 9 postal transactions (see here). In all likelihood, the cost has gone up since. There are also hidden costs which need to be factored in, including cheques which bounce and greater risk of fraud. Cheques can also present a barrier to cross-border payments including for Maltese expats living in the SEPA.
Q3.: Do you have any comments on the Euro Plus Pact measures?
A.: On the Euro Plus Pact measures please see answer to Q1.
Il-kummenti kienu konsistenti mal-manifest tal-assocjazzjoni maħruġ f’Dicembru 2010.
Aġġornament (02/08/2012): Il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma ntbagħat lill-Kummissjoni Ewropea flimkien ma’ żewġ annessi.
Tħabbar li l-Bank of Valletta (BoV) se jiftaħ ufficcju fi Brussell. Minbarra li jkompli fil-ħidma tal-Bank biex tgħin lil klijenti kummercjali Maltin isibu sorsi ta’ fondi Ewropej, l-Ufficcju Rapreżentattiv tal-Bank fi Brussell se jkollu r-responsabbiltà li jkompli jsaħħah ir-rabtiet tal-Bank m’istituzzjonijiet u aġenziji Ewropej.
Aġġornament (28/06/2012): L-Ufficju Rappreżentattiv tal-BoV f’Brussell kien inawgurat illum mill-Prim Ministru Gonzi li għamel diskors tal-okkażjoni.
Ricentement il-Kummissjoni Ewropea ħarġet rapport dwar l-istat tac-cittadinanza Ewropea. Il-kuncett ta’ cittadinanza Ewropea llum jifforma parti mit-trattati tal-UE.
Ir-rapport jgħid li għad hemm qabża bejn regoli legali fejn il-kuncett huwa fermament stabbilit u r-realtà fil-prattika. Għal dan il-għan il-Kummissjoni Ewropea impenjat ruħha li tieħu miżuri f’25 qasam biex ic-cittadinanza Ewropea tkun implimentata aħjar. Continue Reading