Ir-rapport tal-2022 tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati ta’ Malta. Fost il-punti li issemmew kien hemm dik ta’ votazzjoni minn barra għall-elezzjoni Ewropea is-sena d-dieħla.
Elezzjonijiet u Referenda
All posts tagged Elezzjonijiet u Referenda
Ilbieraħ fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati ta’ Malta tqiegħed ir-rapport tal-Kummissjoni Elettorali dwar l-organizzazzjoni tal-elezzjoni ġenerali ta’ dis-sena.
Mir-rapport joħroġ li ntefqu €1,930,997 f’sussidju għat-titjiriet biex eletturi jiġu minn barra minn Malta ħa jivvutaw. Dan meta l-ispejjeż l-oħra kollha (inklużi spejjeż straordinarji ħabba l-covid) ammontaw għal €6,634,850. Dan ifisser li s-sussidju huwa aktar minn 22% tal-ispejjeż t’elezzjoni.
Il-bicca l-kbira ta’ titjiriet sussidjati (53%) bdew minn Londra, bi Brussell fit-tieni post (23%).
Min mhux se jkun Malta nhar l-elezzjoni propja fis-26 ta’ Marzu jista’ jivvota kmieni, ġimgħa qabel, fid-19 ta’ Marzu. Biex jagħmel hekk dak li jkun ikun irid jieħu ġurament sa lejliet f’nofsinhar.
Minbarra fl-Ufficju Elettorali l-Belt dan il-ġurament se jkun jista’ jittieħed fl-ambaxxati fusthom dik f’Brussell.
Il-Gvern Malti ħabbar titjiriet issusidjati għall-Maltin ta’ barra għall-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu kif ukoll għal dawk li jixtiequ jivvutaw ġimgħa kmieni. Il-perjodu għall-booking jiftaħ nhar il-Ħamis u jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ħadd mit-8.00 a.m. sad-9.00 p.m.
Il-Kummissjoni Ewropea għadha kemm ippubblikat ir-raba’ rapport dwar ic-cittadinanza Ewropea (l-aħħar wieħed kien dak tal-2017). Ir-rapport ta’ dis-sena jipproponi t-tisħiħ ta’ partecipazzjoni demokratika (fost l-oħrajn, b’regoli dwar il-votanti mobbli), iffacilitar tal-moviment ħieles, il-ħarsien u l-promozzjoni tac-cittadinanza Ewropea u l-ħarsien ta’ cittadini Ewropej fi żmien ta’ kriżi.
Il-Gvern u l-Parlament Malti esprimew il-qbil tagħhom ma’ dokument tal-Kummissjoni Ewropea dwar linji gwida għall-applikazzjoni ta’ liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data fil-kuntest t’elezzjonijiet (COM (2018) 638).
Id-dokument, Gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni tal-protezzjoni tad-data fil-kuntest elettorali, jagħmel numru ta’ rakkomandazzjonijiet biex biex id-drittijiet t’individwi f’dan ir-rigward jitħarsu aħjar.
Skont ir-rapport tal-Kummissjoni Elettorali, kienu 525 l-eletturi u 270 id-dipendenti li għamlu użu mit-titjiriet issussidjati biex marru Malta jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali u Ewropej ta’ Mejju li għadda. Minn dawn, 43% taru minn Londra, 29% minn Brussell u l-bqija minn ajruporti oħra minn fejn ittir l-AirMalta. Is-sussidju b’kollox kien ta’ €815,000.
Fuq mistoqsija Parlamentari, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela ta rendikont tal-ħidma tal-Ambaxxata Maltija fi Brussell matul l-ewwel erba’ xhur ta’ dis-sena.
Minbarra l-ħidma bilaterali fuq l-oqsma kummercjali u kulturali, l-ambaxxata kienet attiva wkoll fil-qasam konsolari. Filfatt, matul dan il-perjodu, kien hemm:
- 12-il reġistrazzjoni tat-twelid
- żewġ reġistrazzjonijiet taż-żwieġ jew divorzju
- tliet applikazzjoni għac-cittadinanza
- tliet prokuri
- 36 dikjarazzjoni bil-ġurament (relatati mal-votazzjoni kmieni għall-elezzjonijiet Europej u lokali)
- 71 applikazzjoni għal passaport, erba’ dokumenti ta’ vjaġġar t’emerġenza
- erba’ passaporti diplomatiċi
- 13-il talba għal informazzjoni dwar rekwiżiti għal viża għal Malta.
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li dawk li mhux se jkunu Malta għall-elezzjonijiet lokali u Ewropej fil-25 ta’ Mejju jistgħu jivvutaw kmieni nhar is-Sibt, 18 ta’ Mejju. Dawk irreġistrati Malta jivvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar waqt li dawk irreġistrati Għawdex jivvotaw fl-Experimental Farm tal-Gvern fix-Xewkija. Il-ħinijiet tal-votazzjoni jkunu mis-7.00am sal-10.00pm u kull votant irid jippreżenta d-dokumenti tal-vot tiegħu.
Biex tivvota kmieni trid tieħu ġurament sal-Ġimgħa, 17 ta’ Mejju f’nofsinhar. Dan il-ġurament jista’ jittieħed f’Malta fl-ufficji tal-Kummissjoni jew għand Kummissjonarju għall-Ġuramenti fl-Ambaxxati jew Kummissjonijiet Għolja indikati.
Aġġornament (29/04/2019): Il-Gvern Malti ħabbar titjiriet issussidjati għal min irid jivjaġġa biex jivvota.
Il-Parlament Brussellin għadda riżoluzzjoni favur id-dritt tal-vot għal residenti mhux Belġjani.
Huwa stmat li wieħed minn kull tlett resident tar-reġjun ta’ Brussell Kapitali m’għandux dritt jivvota. Huma esklużi wkoll ir-residenti Ewropej mhux Belġjani li d-dritt tal-vot tagħhom huwa limitat għall-elezzjonijiet municipali u Ewropej.
Din ir-riżoluzzjoni fiha nnifisha ma tagħtix id-dritt peress li din hija kompetenza federali imma hija meqjusa bħala sinjal importanti tal-fehema tal-awtoritajiet politici Brussellini.