Fuq mistoqsija parlamentari, il-Ministru tal-Ġustizzja Malti wieġeb li Malta ma tistax taccedi għall-Convention of 2 July 2019 on the Recognition and Enforcement of Foreign Judgments in Civil or Commercial Matters tal-Hague Conference on Private International Law. Dan ħabba li din il-Konvenzjoni hija f’settur li jaqa’ fil-kompetenza esklussiva tal-UE.
Ġustizzja u Intern
All posts tagged Ġustizzja u Intern
Fuq mistoqsija Parlamentari, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela ta rendikont tal-ħidma tal-Ambaxxata Maltija fi Brussell matul l-ewwel erba’ xhur ta’ dis-sena.
Minbarra l-ħidma bilaterali fuq l-oqsma kummercjali u kulturali, l-ambaxxata kienet attiva wkoll fil-qasam konsolari. Filfatt, matul dan il-perjodu, kien hemm:
- 12-il reġistrazzjoni tat-twelid
- żewġ reġistrazzjonijiet taż-żwieġ jew divorzju
- tliet applikazzjoni għac-cittadinanza
- tliet prokuri
- 36 dikjarazzjoni bil-ġurament (relatati mal-votazzjoni kmieni għall-elezzjonijiet Europej u lokali)
- 71 applikazzjoni għal passaport, erba’ dokumenti ta’ vjaġġar t’emerġenza
- erba’ passaporti diplomatiċi
- 13-il talba għal informazzjoni dwar rekwiżiti għal viża għal Malta.
F’Malta u f’17-il stat membru ieħor tal-UE daħlu fis-seħħ żewġ Regolamenti ġodda tal-UE dwar kunflitti fil-liġijiet li jistgħu jinqalgħu wara divorzju jew mewt fil-każ ta’ koppji internazzjonali.
Peress li ma kienx possibbli li jintlaħaq kunsens bejn l-Istati Membri kollha tal-UE, intużat dik li tissejjah procedura ta’ kooperazzjoni msaħħa biex intlaħaq ftehim li jorbot it-18-il pajjiż li wrew interess.
Ir-Regolamenti ġodda joffru klarità legali billi jistabbilixxu liema qorti nazzjonali hija kompetenti biex tisma’ dawn il-każijiet. Tgħin ukoll lil koppji internazzjonali ikunu jafu liema liġi nazzjonali tapplika għall-propjetà tagħhom u tiżgura li sentenzi ikunu rikonoxxuti u infurzati f’pajjiżi oħra tal-UE.
Il-Qorti Maltija ordnat lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku biex jagħmel korrezzjoni li tirrifletti bidla f’kunjom ta’ persuna li saret permezz ta’ deed poll barra minn Malta (ref. 330/2017). Continue Reading
F’artiklu li deher fit-Times ta’ Malta, Maurice Cauchi u Edwin Borg-Manché, ex-President u Vici-President rispettivament Kunsill tal-Komunità Maltija tal-Istat tal-Victoria fl-Awstralja, jiddiskutu c-cittadinanza doppja u l-eliġibilità għal elezzjoni fil-Parlament Awstraljan u dak Malti. Continue Reading
Il-Kummissjoni Ewropea għadha kemm ħarġet it-tielet rapport tagħha dwar ic-cittadinanza Ewropea (wara dawk tal-2010 u l-2013). Ir-rapport jieħu kont kemm ta’ konsultazzjoni pubblika kif ukoll tax-xogħol tal-Kummissjoni f’dan il-qasam bejn l-2013 u l-2016. Continue Reading
Fil-Parlament il-Ministru George Vella ta rendikont dwar l-iżviluppi fil-programm Consul-on-the-move. Dan il-programm pilota li hu mifrux fuq sentejn sal-2018 jagħti servizzi konsolari (partikolarment il-ġbir ta’ data biometrika għall-passaporti) fejn hemm Maltin barra li ma joqgħodux qrib ambaxxata jew konsolat.
F’dil-fażi pilota s-servizz s’issa kien offrut f’San Francisco, Adelaide, it-Tażmanja, New Zealand, Vancouver u Edmonton.
Aġġornament (07/02/2017): Il-Ministru ta cifri aġġornati sat-30 ta’ Jannar meta, permezz tal-iskema nħarġu 96 passaport fl-Awstralja, 12 fi New Zealand, 19 fil-Kanada, 8 fir-Renju Unit u 23 fl-Istati Uniti.
Aġġornament (08/02/2017): Il-Ministru, fi tweġiba oħra, qal li għalissa Consul-on-the-move huwa proġett pilota u jiddependi minn jekk ikunx success jiġix estiż għal pajjiżi oħra.
Aġġornament (17/10/2017): Fil-Parlament ingħataw ic-cifri ta’ kemm ħarġu passaporti bis-saħħa ta’ dan il-proġett. Bejn l-1 ta’ Frar u l-25 ta’ Settembru 2017 inħarġu 117-il passaport: 96 fl-Awstralja, 14 fil-Kanada, 5 f’Michigan (l-Istati Uniti) u 4 f’Cardiff (ir-Renju Unit).
Il-proposta dwar ir-rikonoxximent ta’ dokumenti pubblici fl-UE issa daħlet fis-seħħ bħala Regolament (UE) 2016/1191. Ir-Regolament ikopri numru ta’ dokumenti pubblici importanti fejn inneħħi l-bżonn ta’ awtentikazzjoni (permezz ta’ legalizzazzjoni jew l-apostille) u traduzzjoni u ddaħħal formoli standardizzati. Ir-Regolament japplika, kollu kemm hu, mis-16 ta’ Frar 2019.
Il-Gvern Malti u l-assocjazzjoni Maltin fil-Belġju asbl kienu ħadu pożizzjoni favorevoli għall-proposta meta kienet ippreżentata.
Ilbieraħ fil-Kunsill tal-UE (Ġustizzja u Intern) intlaħaq ftehim bejn 18-il stat membru (fosthom Malta) dwar l-approcc ġenetali dwar żewġ Regolamenti dwar il-liġi applikabbli fil-każ ta’ propjetà ta’ koppji transfruntalieri (i.e. koppji ta’ cittadinanza differenti tal-UE jew sidien ta’ proprjetà fi stat membru ieħor).
Il-Kummissjoni Ewropea kienet wegħdet li tippreżenta proposti li jindirizzaw il-problemi ta’ dawn il-koppji fir-rapport dwar ic-cittadinanza Ewropea tal-2010. Dawn il-proposti kienu ppreżentati s-sena ta’ wara. F’Dicembru tas-sena li għaddiet il-Kunsill ikkonkluda li ma kienx ser ikun possibbli li, f’perjodu raġonevoli, jintlaħaq qbil unanimu fuq il-proposti. Kien għalhekk li, fil-laqgħa ta’ lbieraħ, sar qbil li tiġi applikata l-procedura ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn it-18-il pajjiż li wrew interess.
Issa jmiss lill-Parlament Ewropew jagħti l-opinjoni tiegħi dwar dawn it-testi matul dan ix-xahar. Ir-Regolamenti jiġu addottati mit-18 l-istat membru fi tmiem dan ix-xahar.
Aġġornament (08/07/2016): Ir-Regolamenti ġew ippubblikati bħala Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2016/1103 (propjetà matrimonjali) u 2016/1104 (patrimonji) tal-24 ta’ Ġunju 2016.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin għadu kemm ħabbar il-ħolqien tas-servizz mobbli Consul-on-the-move. Dan il-proġett għandu jiffacilita l-ġbir t’applikazzjonijiet għal passaport ta’ dawk il-Maltin ta’ barra li ma joqgħodux qrib t’ambaxxata jew konsolat Malti.
S’issa, minħabba li l-passaport Malti llum huwa biometriku, applikant kien ikollu jirrikorri personalment f’ambaxxata jew konsolat Malti.
Minbarra passaporti se jkunu qed jiġu offruti servizzi oħra normalment assocjati m’ambaxxata jew konsolat.
Il-programm pilota ta’ dan il-proġett se jkun jibda jitħaddem f’ħames ufficji konsolari: Toronto, Washington, Londra, Ruma u Melbourne. Is-servizz se jkun jirrikjedi ħlas addizzjonali ta’ €100.