Fuq mistoqsija parlamentari, il-Ministru tal-Ġustizzja Malti wieġeb li Malta ma tistax taccedi għall-Convention of 2 July 2019 on the Recognition and Enforcement of Foreign Judgments in Civil or Commercial Matters tal-Hague Conference on Private International Law. Dan ħabba li din il-Konvenzjoni hija f’settur li jaqa’ fil-kompetenza esklussiva tal-UE.
Liġi Privata Internazzjonali
All posts tagged Liġi Privata Internazzjonali
F’Malta u f’17-il stat membru ieħor tal-UE daħlu fis-seħħ żewġ Regolamenti ġodda tal-UE dwar kunflitti fil-liġijiet li jistgħu jinqalgħu wara divorzju jew mewt fil-każ ta’ koppji internazzjonali.
Peress li ma kienx possibbli li jintlaħaq kunsens bejn l-Istati Membri kollha tal-UE, intużat dik li tissejjah procedura ta’ kooperazzjoni msaħħa biex intlaħaq ftehim li jorbot it-18-il pajjiż li wrew interess.
Ir-Regolamenti ġodda joffru klarità legali billi jistabbilixxu liema qorti nazzjonali hija kompetenti biex tisma’ dawn il-każijiet. Tgħin ukoll lil koppji internazzjonali ikunu jafu liema liġi nazzjonali tapplika għall-propjetà tagħhom u tiżgura li sentenzi ikunu rikonoxxuti u infurzati f’pajjiżi oħra tal-UE.
Il-Qorti Maltija ordnat lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku biex jagħmel korrezzjoni li tirrifletti bidla f’kunjom ta’ persuna li saret permezz ta’ deed poll barra minn Malta (ref. 330/2017). Continue Reading
Ilbieraħ fil-Kunsill tal-UE (Ġustizzja u Intern) intlaħaq ftehim bejn 18-il stat membru (fosthom Malta) dwar l-approcc ġenetali dwar żewġ Regolamenti dwar il-liġi applikabbli fil-każ ta’ propjetà ta’ koppji transfruntalieri (i.e. koppji ta’ cittadinanza differenti tal-UE jew sidien ta’ proprjetà fi stat membru ieħor).
Il-Kummissjoni Ewropea kienet wegħdet li tippreżenta proposti li jindirizzaw il-problemi ta’ dawn il-koppji fir-rapport dwar ic-cittadinanza Ewropea tal-2010. Dawn il-proposti kienu ppreżentati s-sena ta’ wara. F’Dicembru tas-sena li għaddiet il-Kunsill ikkonkluda li ma kienx ser ikun possibbli li, f’perjodu raġonevoli, jintlaħaq qbil unanimu fuq il-proposti. Kien għalhekk li, fil-laqgħa ta’ lbieraħ, sar qbil li tiġi applikata l-procedura ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn it-18-il pajjiż li wrew interess.
Issa jmiss lill-Parlament Ewropew jagħti l-opinjoni tiegħi dwar dawn it-testi matul dan ix-xahar. Ir-Regolamenti jiġu addottati mit-18 l-istat membru fi tmiem dan ix-xahar.
Aġġornament (08/07/2016): Ir-Regolamenti ġew ippubblikati bħala Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2016/1103 (propjetà matrimonjali) u 2016/1104 (patrimonji) tal-24 ta’ Ġunju 2016.
Il-Kunsill tan-Nutara tal-UE se jorganizza laqgħa t’informazzjoni dwar ir-Regolament il-ġdid tas-successjoni li issa sar ukoll parti mil-liġi Maltija. Il-laqgħa se ssir il-Ħamis, 19 ta’ Novembru, fil-Bibliothèque Solvay (Parc Léopold, Rue Belliard 137, Brussell) bejn is-6 p.m. u d-9.30 p.m.
Peress li n-numru ta’ postijiet huwa limitat, r-reġistrazzjoni għandha ssir minn qabel mis-sit tal-Kunsill.
Il-liġi l-ġdida tas-successjoni ħa tidħol fis-seħħ fis-17 t’Awwissu, l-istess ġurnata li jidħol fis-seħħ ir-Regolament Ewropew dwar l-istess suġġett. Il-liġi se ddaħħal bidliet importanti fejn jidħol wirt u li jeffettwaw lill-Maltin li joqgħodu barra mill-pajjiż.
Aġġornament (13/08/15): Artiklu fit-Times ta’ Malta jitkellem dwar l-impatt tar-Regolament fir-rigward ta’ successjonijiet Maltin-Ġermaniżi.
Ir-rapport annwali 2014 tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta kien diskuss mill-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej nhar it-Tnejn li għadda fil-preżenza tas-Segretarja tal-Kunsill u d-Direttur tal-Malti li jgħixu barra minn Malta.
Fost l-oħrajn, il-membri tal-Kumitat għamlu mistoqsijiet dwar ir-riżoluzzjoni dwar l-estensjoni tad-dritt tal-vot.
Fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ llum kien ippubblikat l-Att XII tal-2015 li jemenda l-Kodiċi Ċivili. B’dawn l-emendi, applikazzjoni ta’ dawk li twieldu qabel l-2007 u jixtiequ jżommu l-kunjom taż-żewġ ġenituri tintlaqa’ mingħajr limitu ta’ żmien. Il-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta kien ukoll għamel talba f’dan is-sens sakemm tressaq abbozz ta’ liġi quddiem il-Parlament Malti.
Aġġornament (06/05/2015): L-Att iddaħħal fis-seħħ kollu permezz tal-Avviż Legali 148 tal-2015.
Illum is-sit tal-Parlament Malti tella’ kopja tar-rapport tal-2014 tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta. Dan id-dokument tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra minn l-Onor. George Vella, Ministru tal-Affarijiet Barranin u Chairman tal-Kunsill kif rikjest mil-liġi li twaqqaf l-istess Kunsill. Ir-rapport isemmi numru ta’ punti li jinteressaw mill-qrib l-assocjazzjoni fosthom ir-riżoluzzjonijiet dwar l-estensjoni tad-dritt tal-vot f’elezzjonijiet ġenerali u Ewropej, proposti għal bidliet fil-process elettorali, bdil f’isem u ż-żamma ta’ kunjom xbubit l-omm għal dawk li twieldu qabel l-2007 u kwistjonijiet li jolqtu s-sigurtà socjali.
Issa jonqos li, bħal fi snin imgħoddija, il-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej jiddiskuti dan ir-rapport fil-preżenza tal-Ministru.
Kif kien imwiegħed mill-Ministru Bonnici, tressaq għall-ewwel qari fil-Parlament abbozz ta’ liġi bl-isem ta’ “Att tal-2015 li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Suċċessjoni” biex Malta timplimenta Regolament 650 tal-2012 tal-UE dwar is-successjonijiet li jidħol fis-seħħ fis-17 t’Awwissu.
Aġġornament (03/06/2015): Il-liġi għaddiet mill-Parlament u kienet ippubblikata lbieraħ bħala Att XVI tal-2015. L-Att għandu jiddaħħal fis-seħħ permezz t’Avviż Legali.