TVM staqsa lill-Partit Laburista u lill-Partit Nazzjonalista dwar il-possibbiltà li Maltin ta’ barra jivvutaw f’ambaxxati Maltin. Continue Reading
Partit Laburista
All posts tagged Partit Laburista
Il-partiti politici li se jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali lkoll għamlu wegħdiet dwar il-possibbiltà ta’ postijiet ta’ votazzjoni barra minn Malta. Continue Reading
Wara l-elezzjoni f’Malta tad-9 ta’ Marzu, tħabbar kabinett ġdid bl-Onor. George Vella Ministru tal-Affarijiet Barranin b’responsabbiltà għall-komunitajiet Maltin ta’ barra. L-assocjazzjoni bagħtet ittra t’awguri lill-Ministru Vella.
Il-Partit Laburista għadu kemm ħabbar tibdil fix-shadow cabient tiegħu. F’din il-bidla l-Onor. Noel Farrugia nħatar kelliem għall-komunitajiet Maltin ta’ barra u għajnuna għall-iżvilupp internazzjonali bħala parti mit-tim “Politika interna u esterna”.
L-Onor. Farrugia ilu deputat parlamentari sa mill-1992 u kien ukoll Ministru tal-Agrikultura u Sajd bejn l-1996 u l-1998. Qabel il-ħatra preżenti kien diġà kelliem għall-għajnuna għall-iżvilupp internazzjonali sa mill-2008.
Waqt iż-żjara li qed jagħmel fl-Awstralja u l-laqgħat mal-komunitajiet Maltin t’hemm il-Kap tal-Oppożizzjoni, Joseph Muscat, għamel proposta biex jitwaqqaf proġett biex anzjani Maltin ta’ barra li jinstabu waħedhom jingħataw l-assistenza biex ikunu jistgħu jżuru ‘l pajjiżhom.
Fit-Times tal-lum deheru żewġ ittri — “Sustaining ties with the Maltese diaspora” — waħda minn Stefan Zrinzo Azzopardi, President tal-Partit Laburista u oħra minn Albert Cilia-Vincenti, Chairman tal-Alleanza tal-Organizzazzjonijiet tal-Pensjonanti.
Din l-ittra tal-President tal-Partit Laburista (l-ittra kienet deheret ukoll bħala artiklu f’maltastar.com):
The Convention for Maltese Living Abroad was a welcome opportunity to sustain ties and nourish the Maltese “flame” that glows around the world. It was a particular event where we met representatives of Maltese communities and associations abroad and shared in their pride of their Maltese origin that blends comfortably with their loyalty and commitment to their country of adoption. It was, therefore, a delight to host a session of the convention at the National Labour Centre when we shared Labour’s views on how we may together further strengthen existing ties and translate these ties into exciting projects. Continue Reading
L-Orizzont jirrapporta dwar x’qalu emigrati Maltin fl-Awstralja u l-Istati Uniti waqt programm tar-radju:
B’sorpriża kbira, tliet kelliema għall-emigranti Maltin, li ħadu sehem attiv fil-konvenzjoni li saret il-ġimgħa l-oħra għall-Maltin ta’ barra, qalu li l-għoti tal-vot għall-elezzjonijiet ġenerali ta’ Malta mhix waħda mill-prijoritajiet għalihom.
Din l-istqarrija saret minn kelliema għall-emigranti, nhar il-Ġimgħa waqt il-programm “Fuq Ras il-Musmar” li jiġi ppreżentat mill-eks-deputat Laburista Reno Calleja, fuq Super One Radio.
Kemm Lawrence Dimech u Charles Mifsud, li ilhom snin twal jiġġieldu għad-drittijiet tal-Maltin tal-Awstralja u Louis Vella, il-konslu ta’ Malta f’San Francisco, l-Amerika, qablu li jekk il-Maltin ta’ barra jingħataw il-vot, il-firda politika kbira li hawn Malta tigi esportata lejn il-pajjiżi fejn hemm il-Maltin, bil-konsegwenza li l-għaqda ta’ bejniethom tkun mhedda serjament. Continue Reading