Il-pariri tal-Gvern Belġjan dwar il-covid, inkluż ivvjaġġar, jinstabu hawn. Pariri tal-Gvern Malti dwar ivvjaġġar minn u lejn Malta jinstabu hawn.
Saħħa
All posts tagged Saħħa
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Belġjan għadu kemm ħabbar li Malta tqiegħdet fuq il-“lista ħamra” ta’ pajjiżi u l-ivjaġġar bejn iż-żewġ pajjiżi — ħlief għal raġunijiet ta’ ripatriazzjoni u merkanzija — mhux permess.
Aġġornament (07.09.2020): Malta issa hija meqjusa “żona oranġjo” li jfisser li, filwaqt li l-viġilanza hija irrakkomandata, il-kwarantina mhux obligatorja. Il-lista, ufficjali u regolarment aġġornata, tistab hawn.
Aġġornament (27.10.2020): Ħoloq għall-paġni ufficjali dwar vjaġġar jinstabu hawn.
L-ambaxxata ta’ Malta fil-Belġju għandha dan l-avviż għal dawk il-Maltin li jixtiequ jirritornaw Malta:
Please be informed that the Malta International Airport will close as of 23:59hrs on Friday 20 March 2020 and until further notice. Continue Reading
Il-miżuri mħabbra mill-Gvern Belġjan kontra t-tixrid tal-Covid-19 jistabu hawn. Dawn il-miżuri se jibqgħu fis-seħħ sal-5 t’April.
Aġġornament (27/03/2020): Il-miżuri ġew aġġornati. Dawn issa qed jidhru fuq is-sit dedikat https://www.info-coronavirus.be/.
Is-Sinjuri Christene u Maurice Sleypen, Viċi President u President rispettivament tal-organizzazzjoni volontarja Dr Klown Malta, ricentement għamlu żjara ta’ korteżija lill-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Belġju. Continue Reading
Nhar il-Ġimgħa li għadda l-President ta’ Malta iffirma f’liġi l-Att tal-2013 dwar is-Saħħa (Att XI tal-2013).
L-assocjazzjoni kienet bgħatet il-kummenti tagħha meta l-Att kien għadu fi stat t’abbozz fejn kienet esprimiet t-tħassib tagħha dwar id-definizzjoni ta’ “persuna assigurata” li setgħet tħalli barra lil Maltin li joqgħodu f’pajjiżi tal-UE meta l-assigurazzjoni ta’ dawn il-persuni hija diġà stabbilita b’leġiżlazzjoni Ewropea. Huwa ta’ sodisfazzjoni illi l-artikolu rilevanti kien emendat fi stadju ta’ kumitat u issa d-definizzjoni tiġi stabbilita mill-Ministru responsabbli mis-saħħa permezz ta’ leġiżlazzjoni sussidjarja.
Il-Parlament Malti se jibda jiddiskuti fit-tieni qari abbozz ta’ liġi dwar is-saħħa. Peress li l-abbozz jikkoncerna wkoll id-disponibbiltà tas-servizz tas-saħħa Malti għal persuni li ma jikkontribwixxux għas-sistema Maltija (fosthom Maltin ta’ barra) l-assocjazzjoni eżaminat it-test u ppreparat xi kummenti. Continue Reading
Fis-16 ta’ Marzu l-Gvern kien ħareġ stqarrija li fiha tħabbar il-ftuħ ta’ process ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma tal-pensjonijiet f’Malta. L-assocjazzjoni tirrappreżenta ‘l-Maltin fil-Belġju li l-bicca l-kbira minnhom, però, kienu precedentement jaħdmu u jħallsu kontribuzzjonijiet lis-sistema tas-sigurtà socjali Maltija. Dawn, allura, għandhom drittijiet pensjonarji vis-à-vis dis-sistema.
Kien għalhekk li l-assocjazzjoni ppartecipat fil-konsultazzjoni b’dawn il-punti: Continue Reading