Kollaborazzjoni xjentifika bejn Malta u l-Belġju wasslet għal ħolqien tal-Malta Legal Forum on Adaptation to Climate Change fl-2010. Grazzi għar-ricerkaturi Simone Borg (mill-Università ta’ Malta) u Kurt Deketelaere (mill-università Belġjana KU Leuven) dan il-Forum issa jagħti pariri fuq dan il-qasam, inkluż lid-DĠ tal-Kummissjoni Ewropea dwar bdil fil-klima. Numru ta’ studenti u staff miż-żewġ universitajiet ukoll ippartecipaw fi skemi ta’ skambju taħt il-programm Erasmus tal-UE.
Storja via Karl Stagno-Navarra