Rachel Cuschieri ingħaqdet mat-tim tan-nisa RSC Anderlecht Dames ’71 li jilgħab fis-Super League Belġjan. Cuschieri, li kienet l-ewwel mara Maltija fl-2014 li bdiet tilgħab il-futbol professjonalment (mat-tim Ciprijott Limassol FC Ladies), iffirmat kuntratt ta’ sena mat-tim Brussellin u bdiet it-taħriġ tagħha fil-Belġju dax-xahar.
Sport
All posts tagged Sport
It-tim tal-futbol U-21 ta’ Malta se jerġa’ jilgħab kontra dak Belġjan bħala parti mill-fażi ta’ kwalifika għall-kampjonat Ewropew tal-UEFA tal-2019. Il-logħba se tintlagħab it-Tnejn, 27 ta’ Marzu fl-Istadium Den Dreef, Heverlee, fit-8 p.m.
L-ambaxxata se tkun qed torganizza trasport minn fejn Dar Malta li jitlaq fis-7 p.m. bil-prezz ta’ €20. Min hu interessat mitlub jirriżerva sat-23 ta’ Marzu bit-telefon (02/238.39.27) jew bl-email (events.brussels@gov.mt).
Il-partita bejn il-Belġju u Malta ta’ taħt il-21 sena, se tintlagħab il-Ġimgħa, 9 t’Ottubru, fl-istadium “Den Dreef” f’Heverlee u tibda fis-6.45 p.m. L-Ambaxxata ta’ Malta qed torganizza trasport minn quddiem Dar Malta, suġġett għal numru minimu ta’ 30 ruħ. Il-prezz, li jinkludi wkoll il-biljett għall-partita, hu ta’ €20. Minn hu interessat mitlub jikkuntattja lill-Ambaxxata fuq 02/238.26.08 jew 047/117.68.96 sat-30 ta’ Settembru.
Il-Belġju se jkunu qed jilgħabu ma’ Malta fid-9 t’Ottubru f’partita ta’ kwalifika għall-kampjonat tal-UEFA ta’ taħt il-21 sena. Il-partita se tintlagħab fl-istadium ta’ FC ZD Oud-Heverlee f’Leuven u tibda fis-6.45 p.m.
Bħal ma għamlet sentejn ilu, l-Alive 2015 Cycling Challenge for Cancer għaddiet mill-Belġju, did-darba minn Ostende. Fost dawk li kien hemm jilqgħu c-ciklisti Maltin kien hemm l-Ambaxxatur Malti għal Belġju Ray Azzopardi u l-MPE Therese Comodini Cachia.
L-edizzjoni li jmiss tal-maratona “20km de Bruxelles” se ssir il-Ħadd, 31 ta’ Mejju. Għal din il-attività, l-Ambaxxata Maltija se tkun qed tikkordina t-“Team Malta“.
Min jixtieq jippartecipa jista’ jirreġistra mill-21 ta’ Marzu ‘l quddiem. Ir-reġistrazzjoni tista’ ssir kemm online kif ukoll personalment fl-ufficji tal-organizzaturi (Rue de la Chapelle 17) u jgħidu li jixtiequ jkunu parti minn “Team Malta“.
L-ambaxxata qed tilqa’ talbiet għal t-shirts għall-partecipanti li jkunu jistgħu jinġabru mill-Ambaxxata tlett ġimgħat qabel l-attività. Imbagħad, dakinhar tal-attività l-Ambaxxata se tkun qed toffri servizz ta’ changing room u refreshments. Se tkun ukoll tiġbor fondi għall-Istrina 2015.
Malta kienet irrappreżentata fl-Olimpijadi Specjali (Logħob Ewropej tas-Sajf) f’Anversa x-xahar li għadda. L-atleti Malti kienu milqugħa mis-sindku u kunsilliera tal-belt ta’ Turnhout, fejn kienu alloġġati. Kienu preżenti wkoll is-Sinjura Michelle Muscat (President Onorarju tal-Olimpijadi Specjali Malta), il-Membri tal-Parlament Ewropew Marlene Mizzi u Roberta Metsola, l-E.T. l-Ambaxxatur Ray Azzopardi u s-Sur Stefan Muscat, il-Konslu Ġenerali.
Fil-kompetizzjonijiet l-atleti Malti taw wirja tajba u rebħu numru ta’ medalji li kienu ppreżentati lilhom mis-Segretarji Parlamentari l-Onor. Justyne Caruana u l-Onor. Chris Agius.
Illum id-Dipartiment tal-Informazzjoni ta’ Malta ħareġ stqarrija dwar il-waqfa li għamlu f’Brussell fit-22 ta’ Lulju l-grupp ta’ ciklisti li ppartecipaw fl-Alive 2013 Cycling Challenge for Cancer.
L-istqarrija ssemmi kif it-38 ciklist ntlaqgħu f’Dar Malta fi Brussell mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti, l-Onor. George Vella u l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Belġju l-E.T. Vanessa Frazier, akkumpanjati mill-Kummissarju Ewropew Tonio Borg u Claudette Abela Baldacchino MEP. Kien hemm ukoll staff tal-Ambaxxata u r-Rappreżentanza Permanenti għall-UE u rappreżentanti tal-komunità Maltija fil-Belġju. Continue Reading
Ix-xahar id-dieħel l-Alive Charity Foundation se tkun qed torganizza l-Alive 2013 Cycling Challenge for Cancer. Erbgħin ciklist se jagħmlu total ta’ 720km bir-rota f’sitt ijiem fi triq li tibda minn Londra, tgħaddi minn Brussell u tispicca Pariġi.
B’din l-attività l-Alive Charity Foundation se tkun qed tiġbor fondi għal proġett li qed taħdem fuqu flimkien mar-Research, Innovation & Development Trust (RIDT) tal-Università ta’ Malta dwar ricerka fuq il-kancer fis-sider. Continue Reading
Malta se tkun qed tieħu sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru fil-Lussemburgu bejn is-27 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju. Mill-programm sħiħ tal-avvenimenti qed inġibu hawn taħt il-kompetizzjonijiet li se jkunu qed jippartecipaw fihom atleti Maltin għal min ikun preżenti fil-pajjiż f’xi waħda minn dawn il-ġranet.