Skont tweġiba għal mistoqsija parlamentari, in-numru ta’ studenti Maltin fl-Iskejjel Ewropej għas-sena skolastika li għaddiet kien ta’ 163 (żieda fuq snin imgħoddija). Dawn kienu mqassmin f’21 student fic-ciklu ta’ nursery/kindergarten fl-iskejjel ta’ Brussell u l-Lussemburgu, 79 fic-ciklu tal-Primarja fl-iskejjel ta’ Brussell, il-Lussemburgu, Frankfurt u Munich u 63 fic-ciklu tas-Sekondarja fl-iskejjel ta’ Brussell, Lussemburgu u Varese.
Tfal u Żgħażagħ
All posts tagged Tfal u Żgħażagħ
Il-Ministeru Malti tal-Affarijiet Barranin u Ewropej qed jistieden liż-żgħażagħ Maltin ta’ barra biex jibgħatu l-veduti tagħhom permezz ta’ kwestjonarju in preparazzjoni tal-ewwel Forum Virtwali għaż-Żgħażagħ. Il-kwestjonarju jibqa’ miftuħ sal-Ġimgħa, 18 ta’ Ġunju f’nofsinhar.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-roadmap li kien qabel fuqha il-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta fil-laqgħa t’Ottubru 2017. Il-proposti huma miġburin taħt numru ta’ kapitli: Akkademici, Studenti u Ricerkaturi, il-Familja, Pensjonanti u Anzjani, Żgħażagħ u l-Gvern ta’ Malta.
Fuq mistoqsija tal-Onor. Clyde Puli, il-Ministru tal-Edukazzjoni Malti ta c-cifra ta’ 96 student cittadin Malti li jattendu l-Iskejjel Ewropej għas-sena akkademika 2017-18, żieda fuq it-80 tas-sena li għaddiet.
Għalkemm għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data ma setgetx tingħata informazzjoni skont is-sezzjoni lingwistika, mill-informazzjoni mogħtija joħroġ li hemm 44 fl-Iskola Brussell I, 10 f’Brussell II, 3 f’Brussell III, 4 f’Brussell IV, 1 fi Frankfurt, 19 f’Lussemburgu I, 13 f’Lussemburgu II u 2 f’Varese. It-tweġiba tat ukoll it-tqassim tan-numri skont is-sena u c-ciklu (nursery, primarja u sekondarja).
Il-Kummissjoni Ewropea għadha kemm ħarġet it-tielet rapport tagħha dwar ic-cittadinanza Ewropea (wara dawk tal-2010 u l-2013). Ir-rapport jieħu kont kemm ta’ konsultazzjoni pubblika kif ukoll tax-xogħol tal-Kummissjoni f’dan il-qasam bejn l-2013 u l-2016. Continue Reading
Il-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta iltaqa’ aktar kmieni dan ix-xahar. Il-Kunsill iddiskuta l-iskema introdotta ricentement tal-Consul-on-the-move, l-impatt tal-liġijiet tal-ippjanar fuq il-Maltin ta’ barra, titjib fir-relazzjoni tal-Kunsill m’għaqdiet ta’ Maltin ta’ barra, il-pjattaforma diġitali għat-tagħlim tal-Malti barra minn Malta u ż-żamma tal-kultura Maltija barra minn Malta.
Fid-diskors tiegħu bħala l-President tal-Kunsill, il-Ministru George Vella semma’ l-Konvenzjoni tas-sena li għaddiet kif ukoll is-sħubija fil-Europeans throughout the World (ETTW) fejn Malta bħalissa tokkupa temporanjament il-Presidenza u fejn qed taqsam l-esperjenzi tagħha u taħdem favur politika barranija u Ewropea aktar sensittiva lejn id-diaspora.
Bħala parti mill-Commonwealth Heads of Government Meeting (CHOGM) li se jsir f’Malta qed jiġi organizzat Forum taż-Żgħażagħ bejn il-21 u l-25 ta’ Novembru. It-tema tal-Forum hija “Adding global value … #WHATNEXT?” b’sotto-temi oħra dwar ekonomija, ambjent, socjetà u politika. Żgħażagħ minn madwar il-Commonwealth bejn is-16 u d-29 sena huma mistiedna biex japplikaw.
is-Sinjura Michelle Muscat żaret l-Iskola Ewropea f’Uccle, Brussell, fejn iltaqgħet ma’ studenti u għalliema Maltin f’din l-iskola. Is-Sinjura Muscat, li kienet akkumpanjata mill-Ambaxxatur Ray Azzopardi, ippreżentat ukoll kotba bil-Malti lil-librerija tal-iskola.
L-Ambaxxata Maltija ħabbret li, r-rappreżentant tal-ġenituri Maltin fil-Belġju huwa s-Sur Carmel Farrugia filwaqt li r-rappreżentant tal-ġenituri Maltin fil-Lussemburgu hija s-Sinjura Jeantide Naudi. Dan wara li kien hemm sejħa u, peress li waslu biss dawn iż-żewġ nominazzjonijiet, ma kienx hemm bżonn t’elezzjoni.
Ftit tax-xhur ilu l-Kummissjoni Ewropea ħarġet rapport dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (COM(2014)225).
Ir-rapport jikkonkludi li r-Regolament il-ġdid (Nru 2201/2003) iffaċilita “s-soluzzjoni ta’ tilwim transfruntier f’każijiet matrimonjali u ta’ responsabbiltà tal-ġenituri permezz ta’ sistema komprensiva ta’ regoli ta’ ġuriżdizzjoni, sistema effiċjenti ta’ kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Ċentrali tal-Istati Membri, il-prevenzjoni ta’ proċedimenti paralleli u ċ-ċirkolazzjoni libera ta’ sentenzi, strumenti awtentiċi u ftehimiet”. Dan kien partikolarment utli fid-dispożizzjonijiet dwar ir-ritorn tal-minuri u li jikkumplimentaw il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980.
Il-Kummissjoni, però, xorta tqis li r-regoli eżistenti jistgħu jittejbu u beħsiebha tniedi evalwazzjoni u konsultazzjoni pubblika. Imbagħad tittieħed azzjoni a bażi tal-evalwazzjoni u t-tweġibiet għall-konsultazzjoni.