Il-Gvern Malti ħabbar titjiriet issusidjati għall-Maltin ta’ barra għall-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu kif ukoll għal dawk li jixtiequ jivvutaw ġimgħa kmieni. Il-perjodu għall-booking jiftaħ nhar il-Ħamis u jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ħadd mit-8.00 a.m. sad-9.00 p.m.
Trasport u mobilità
All posts tagged Trasport u mobilità
Il-Kummissjoni Ewropea għadha kemm ippubblikat ir-raba’ rapport dwar ic-cittadinanza Ewropea (l-aħħar wieħed kien dak tal-2017). Ir-rapport ta’ dis-sena jipproponi t-tisħiħ ta’ partecipazzjoni demokratika (fost l-oħrajn, b’regoli dwar il-votanti mobbli), iffacilitar tal-moviment ħieles, il-ħarsien u l-promozzjoni tac-cittadinanza Ewropea u l-ħarsien ta’ cittadini Ewropej fi żmien ta’ kriżi.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Belġjan għadu kemm ħabbar li Malta tqiegħdet fuq il-“lista ħamra” ta’ pajjiżi u l-ivjaġġar bejn iż-żewġ pajjiżi — ħlief għal raġunijiet ta’ ripatriazzjoni u merkanzija — mhux permess.
Aġġornament (07.09.2020): Malta issa hija meqjusa “żona oranġjo” li jfisser li, filwaqt li l-viġilanza hija irrakkomandata, il-kwarantina mhux obligatorja. Il-lista, ufficjali u regolarment aġġornata, tistab hawn.
Aġġornament (27.10.2020): Ħoloq għall-paġni ufficjali dwar vjaġġar jinstabu hawn.
Il-Europeans throughout the World (ETTW), il-federazzjoni tal-għaqdiet t’espatrijati Ewropej, għadha kemm ippubblikat sejħa sabiex fl-UE u ż-żona Schengen terġa’ tiġi stabbilita l-libertà tal-moviment ħieles ta’ persuni.
L-ambaxxata ta’ Malta fil-Belġju għandha dan l-avviż għal dawk il-Maltin li jixtiequ jirritornaw Malta:
Please be informed that the Malta International Airport will close as of 23:59hrs on Friday 20 March 2020 and until further notice. Continue Reading
Skont ir-rapport tal-Kummissjoni Elettorali, kienu 525 l-eletturi u 270 id-dipendenti li għamlu użu mit-titjiriet issussidjati biex marru Malta jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali u Ewropej ta’ Mejju li għadda. Minn dawn, 43% taru minn Londra, 29% minn Brussell u l-bqija minn ajruporti oħra minn fejn ittir l-AirMalta. Is-sussidju b’kollox kien ta’ €815,000.
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li dawk li mhux se jkunu Malta għall-elezzjonijiet lokali u Ewropej fil-25 ta’ Mejju jistgħu jivvutaw kmieni nhar is-Sibt, 18 ta’ Mejju. Dawk irreġistrati Malta jivvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar waqt li dawk irreġistrati Għawdex jivvotaw fl-Experimental Farm tal-Gvern fix-Xewkija. Il-ħinijiet tal-votazzjoni jkunu mis-7.00am sal-10.00pm u kull votant irid jippreżenta d-dokumenti tal-vot tiegħu.
Biex tivvota kmieni trid tieħu ġurament sal-Ġimgħa, 17 ta’ Mejju f’nofsinhar. Dan il-ġurament jista’ jittieħed f’Malta fl-ufficji tal-Kummissjoni jew għand Kummissjonarju għall-Ġuramenti fl-Ambaxxati jew Kummissjonijiet Għolja indikati.
Aġġornament (29/04/2019): Il-Gvern Malti ħabbar titjiriet issussidjati għal min irid jivjaġġa biex jivvota.
Fuq mistoqsija parlamentari tal-Onor. Hermann Schiavone, il-Ministru tat-Turiżmu qali li 2,052 persuna ivvjaġġaw bit-titjiriet issussidjati tal-AirMalta għall-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju minn 22 ajruport differenti ewlenin fosthom Londra (51%) u Brussell (19%). Is-sussidju totali kien ta’ €1.75 miljun.
Minn dawn il-passiġġieri 1,717 kienu eletturi u 335 dipendenti mhux eletturi. Kif kien indikat f’media oħra, dan hu sostanzjalment inqas mill-elezzjoni tal-2013 u snin oħra imgħoddija u x’aktarx kien dovut għall-fatt li din l-elezzjoni issejjħet kmieni.