Stqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni ta’ Malta ssemmi numru t’inizjattivi li ħadet l-ambaxxata ta’ Malta fil-Belġju biex tippromwovi lil Malta fil-pajjiż. L-ewwel kien hemm l-assistenza pprovduta lill-“Institut Provincial de Nursing du Centre de La Louvière” biex tiġi organizzata serata Maltija in vista ta’ żjara li se ssir Malta minn membri tal-Istitut.
L-ambaxxata kienet ukoll qed tassisti fi żjara li se jagħmlu Malta grupp ta’ studenti mmexxija minn Carla Dejonghe, Skabin tal-Kultura fil-kunsill ta’ Woluwe St.-Pierre u membru tal-Parlament Brussellin.
It-tielet inizjattiva kienet introduzzjoni għal Malta għal grupp ta’ nisa membri tal-“Women’s International Club of Brussels” li wkoll se jżuru Malta. Dan il-grupp se jkun immexxi minn Helen Palk, il-mara ta’ Richard Palk, Konslu-Ġenerali tal-Awstralja għall-Belġju u ex-Kummissarju Għoli Awstraljan għal Malta.
Like this:
Like Loading...