Skont tweġiba għal mistoqsija parlamentari, in-numru ta’ studenti Maltin fl-Iskejjel Ewropej għas-sena skolastika li għaddiet kien ta’ 163 (żieda fuq snin imgħoddija). Dawn kienu mqassmin f’21 student fic-ciklu ta’ nursery/kindergarten fl-iskejjel ta’ Brussell u l-Lussemburgu, 79 fic-ciklu tal-Primarja fl-iskejjel ta’ Brussell, il-Lussemburgu, Frankfurt u Munich u 63 fic-ciklu tas-Sekondarja fl-iskejjel ta’ Brussell, Lussemburgu u Varese.
Unjoni Ewropea
All posts tagged Unjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea għadha kemm ippubblikat ir-raba’ rapport dwar ic-cittadinanza Ewropea (l-aħħar wieħed kien dak tal-2017). Ir-rapport ta’ dis-sena jipproponi t-tisħiħ ta’ partecipazzjoni demokratika (fost l-oħrajn, b’regoli dwar il-votanti mobbli), iffacilitar tal-moviment ħieles, il-ħarsien u l-promozzjoni tac-cittadinanza Ewropea u l-ħarsien ta’ cittadini Ewropej fi żmien ta’ kriżi.
Il-Europeans throughout the World (ETTW), il-federazzjoni tal-għaqdiet t’espatrijati Ewropej, għadha kemm ippubblikat sejħa sabiex fl-UE u ż-żona Schengen terġa’ tiġi stabbilita l-libertà tal-moviment ħieles ta’ persuni.
In-numru ta’ Maltin li jaħdmu mal-UE huwa ta’ 478, żieda l-aħħar cifra irrappurtata ta’ 278 fl-2017. Ma kienx indikat kemm minn dawn huma permanenti u kemm huma temporanji jew kemm minnhom jaħdmu mal-istituzzjonijiet u kemm mal-aġenziji.
Fuq mistoqsija parlamentari, il-Ministru tal-Ġustizzja Malti wieġeb li Malta ma tistax taccedi għall-Convention of 2 July 2019 on the Recognition and Enforcement of Foreign Judgments in Civil or Commercial Matters tal-Hague Conference on Private International Law. Dan ħabba li din il-Konvenzjoni hija f’settur li jaqa’ fil-kompetenza esklussiva tal-UE.
Il-Gvern u l-Parlament Malti esprimew il-qbil tagħhom ma’ dokument tal-Kummissjoni Ewropea dwar linji gwida għall-applikazzjoni ta’ liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data fil-kuntest t’elezzjonijiet (COM (2018) 638).
Id-dokument, Gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni tal-protezzjoni tad-data fil-kuntest elettorali, jagħmel numru ta’ rakkomandazzjonijiet biex biex id-drittijiet t’individwi f’dan ir-rigward jitħarsu aħjar.
Il-Presidenza Rumena tal-Kunsill tal-UE organizzat laqgħa ministerjali informali fuq il-politika tad-diaspora. It-temi ewlenin kienu l-politika tad-diaspora, skambju ta’ prattici tajba u koeżjoni akbar bejn il-pajjiżi li għandhom numru kbir ta’ cittadini joqgħodu barra. Id-diskussjoni emfasizzat ir-rabta essenzjali li hemm bejn l-UE, id-diaspori u l-pajjiżi t’oriġini.
Id-delegati irringrazzjaw lill-Presidenza li qiegħdet dan is-suġġett fuq l-aġenda Ewropea. Huma esprimew it-tama li d-diskussjonijiet jibqgħu għaddejjin f’Presidenzi fil-ġejjieni.
F’Malta u f’17-il stat membru ieħor tal-UE daħlu fis-seħħ żewġ Regolamenti ġodda tal-UE dwar kunflitti fil-liġijiet li jistgħu jinqalgħu wara divorzju jew mewt fil-każ ta’ koppji internazzjonali.
Peress li ma kienx possibbli li jintlaħaq kunsens bejn l-Istati Membri kollha tal-UE, intużat dik li tissejjah procedura ta’ kooperazzjoni msaħħa biex intlaħaq ftehim li jorbot it-18-il pajjiż li wrew interess.
Ir-Regolamenti ġodda joffru klarità legali billi jistabbilixxu liema qorti nazzjonali hija kompetenti biex tisma’ dawn il-każijiet. Tgħin ukoll lil koppji internazzjonali ikunu jafu liema liġi nazzjonali tapplika għall-propjetà tagħhom u tiżgura li sentenzi ikunu rikonoxxuti u infurzati f’pajjiżi oħra tal-UE.
Fuq mistoqsija tal-Onor. Ivan Bartolo, il-Ministru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali ta informazzjoni dwar it-trasferiment tal-valur ta’ kontribuzzjonijiet għal pensjoni Maltija għal dik Ewropea.
Mill-2016 sa llum kien hemm b’kollox 22 talba (4 fl-2016, 11 fl-2017 u 7 fl-2018) li minnhom 12 kienu accettati, 6 irtirati u l-bqija għadhom pendenti. Kif mistenni, dawn in-numri jirrappreżentaw tnaqqis żgħir minn numri fl-ewwel snin wara li ddaħħlet l-iskema.
Fit-2 t’Ottubru l-Parlament Ewropew iddiskuta t-tneħħija tad-dritt tal-vot ta’ cittadini Ewropej li jżercitaw id-dritt ta’ moviment ħieles fl-UE.
Cecilia Wikström (ALDE, Żvezja), President tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet, ifformulat il-mistoqsija u fetħet id-dibattitu. Hi semmiet li hemm sitt stati membri tal-UE (fosthom Malta) li jcaħħdu lic-cittadini tagħhom milli jivvotaw fl-elezzjonijiet nazzjonali a bażi ta’ residenza. Hi qalet li l-kumitat tagħha jircievi bosta petizzjonijiet f’dan ir-rigward.
Juliane Bogner-Strauss, għall-Presidenza Awstrijaka, ukoll ippartecipat u rreferiet fost l-oħrajn għar-riforma tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew. Il-Kummissarju Věra Jourová qalet li, filwaqt il-Kummissjoni tirrikonoxxi li din materja ta’ kompetenza nazzjonali, żammet is-sitwazzjoni taħt osservazzjoni.