Fuq mistoqsija tal-Onor. Clyde Puli, il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza tat cifri dwar in-numru ta’ Maltin li jaħdmu mal-UE. In-numru ta’ Maltin li jaħdmu mal-istituzzjoni tal-UE u korpi konsultattivi huwa ta’ 378 (żieda fuq it-365 fl-2013 u 324 fl-2010). Minn dawn 291 huma permanenti. Fejn jidħlu aġenziji tal-UE, dawn jimpjegaw 45 Malti (żieda fuq it-33 fl-2013), li wieħed minnhom biss huwa permanenti.
Pingback: Numru ta’ Maltin jaħdmu mal-UE | Maltin fil-Belġju