Il-Qorti Maltija ordnat lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku biex jagħmel korrezzjoni li tirrifletti bidla f’kunjom ta’ persuna li saret permezz ta’ deed poll barra minn Malta (ref. 330/2017).
Biex waslet għad-deciżjoni tagħha, il-Qorti ikkwotat deciżjoni precedenti fejn kien intqal li biex bidla fil-kunjom li saret barra minn Malta tiġi rreġstrata Malta jkun hemm il-bżonn ta’ provi bħal kopja tad-deed poll u r-reġistrazzjoni tagħha, kif ukoll prova tal-effetti tagħha taħt il-liġi barranija ta’ fejn saret (pereżempju, annotazzjoni fl-att tat-twelid).
Ta’ min isemmi li, fl-2014, il-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta kien għadda riżoluzzjoni li kienet titlob id-dħul ta’ miżuri li bihom persuna tkun tista’ tagħmel talba biex tibdel isimha u kunjomha u biex tali bidliet li jsiru barra minn Malta ikunu rikonoxxuti wkoll f’Malta.